Left arrow Mur Lura

JIBDA T-TWAHHIL TAL-WEBPHONES F’KULL LOKALITA’ MADWAR MALTA

pr416
Date Icon 28/03/2003

"F’dawn l-ahhar erba` snin l-ammont ta’ Maltin li ghandhom access ghall-internet, ittrippla minn 22,000 ghal 66,000. Issa li s-servizz ta` l-internet ilu xahar provdut b’xejn, kull student ghandu access ghall-internet, filwaqt li l-ammont ta’ Maltin li ghandhom indirizz ta’ e-mail zdied b’elf." Dan intqal mill-Onor. Austin Gatt, Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali meta kien qed jinawgura l-ewwel web phone fil-Belt Valletta.

"Dawn in-numri huma xhieda fis-succes tal-hidma tal-gvern fil-qasam tal-elettronika. Dan huwa success li sar wara l-investiment li ilu jsir f’dan il-qasam sa mill-1989. Investiment li waqaf biss taht il-Gvern precedenti ta’ bejn l-1996 u l-1998. Dan kien investiment li sar fin-nies, fl-istudenti u fl-ghaqal u l-kapacita tal-Maltin. Il-progett li qed jitnieda illum huwa inizjattiva ohra fil-kullana ta’ inizjattivi li hadet l-eMalta Commission."

L-ghan tal-hidma tal-Kummissjoni eMalta kien li jaghmlu accessibbli ghall-kullhadd l-opportunitajiet li joffri l-Internet. Ittiehdu diversi inizjattivi f’dan ir-rigward, inkluz dak tal-lum li f’kull lokalita f’Malta u Ghawdex ikun hemm web phone li jipprovdi servizz ta’ Internet, email, sms text messaging, minbarra s-servizz baziku tat-telefonija. Innovazzjoni gdida li hemm f’dawn il-webphones hija l-possibilita’ li wiehed ikun jistgha jibghat video email.

Din l-inizjattiva qed issir biex kull min jaf juza l-Internet u jaf juza’ l-email, jkollu access ghalihom minn kullimkien. Permezz ta’ dawn il-webphones godda, persuna tistgha wkoll taghmel uzu mis-servizzi tal-Gvern Elettroniku (e-Government) bla hlas, kif ukoll access ghal diversi websites li jappartjenu ghall-isponsors, bla hlas.

Il-Ministru Austin Gatt fisser li llum kullhadd huwa konxju mill-bzulija u l-kapacitajiet tal-haddiem Malti. Huwa kompla li nafu wkoll li bil-bzulija tal-haddiem Malti, is-salarji f’Malta mhux jibqghu biss kif inhuma. Il-Gvern ma jibzax li s-salarji jizdiedu; il-pagi jridu jizdiedu ghax il-Malti huwa kapaci u ghandu iktar hila minn haddiema ta’ pajjizi ohra. Ahna irridu l-ahjar ghall-Maltin, u dan il-progett huwa xhieda lill-Maltin qed intuhom l-aqwa teknologija li hawn fid-dinja illum. Ghandna l-iktar teknologija ricenti, u ghandna il-kapacitajiet biex inhaddmuha.

Irridu li f’pajjizna jkollna access ghall-internet minn kullimkien. L-inizjattiva tal-lum mhijiex unika, izda hadna diversi inizjattivi biex din il-vizjoni issir rejalta. Il-Ministru Gatt semmgha l-Internet Centers li hemm f’kull Kunsill Lokali, ghamel referenza wkoll ghall-inizjattiva li fl-iskejjej taghna, kull student ikollu l-ECDL, il-passaport li permezz tieghu ikun jahdem kullimkien. Irrefera wkoll ghall-inizjattiva myWeb, fejn wara li l-Gvern offra tahrig b’xejn lil kulhadd, 8,000 persuna qed titghallem dawn it-teknologiji. Dawn l-inizjattivi huma xhieda tal-fatt li qed ngharfu li t-triq ta’ l-elettronika hija t-triq tal-futur.

Il-Ministru Gatt spjega li qed naghmlu dan ghaliex nafu li l-haddiem Malti huwa kapaci u biezel. Huwa sahaq li ghandna biex inkunu kburin bil-hiliet tal-haddiem Malti. Ghandna biex nkunu kburin ukoll ghax dan il-Gvern kellu l-vizjoni li jidhol bis-serjeta’ f’dan il-qasam. "Kellna l-vizjoni li ngharfu li dan il-qasam huwa l-qasam li fih ser jigu ggenerati l-impjiegi", kompla Austin Gatt. "Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-Partit Laburista li minn barra d-dezert ta’ ideat f’dan il-qasam, fejn sahansitra lanqas fi programm elettorali shih m’hemm referenza wahda ghal dan il-qasam".

Dr. Gatt temm id-diskors tieghu billi spjega li "Ahna ma nharsux lejn il-futur bil-paroli. Inharsu lejn il-futur bil-fatti. Inharsu lejn il-futur, billi ressaqna lejn pajjizna l-investiment minn kumpaniji multinazzjonali, ipprovdejna it-tahrig baziku u avvanzat f’dan il-qasam lil kull min irid, u qed jinholqu l-opportunitajiet ta’xoghol f’pajjizna ghal uliedna."

Dan il-progett qed isir bi shab bejn il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, il-Kummissjoni eMalta, il-Maltacom, il-Bank of Valletta, il-MIC, il-Maltapost u l-Megabyte.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow