PRESENTAZZJONI TA’ WARRANTS LILL-AVUKATI GODDA
Htiega li niggieldu tradizzjonjiet li m’ghadhom relevanti, u nghozzu biss it-tradizzjoni li f’pajjizna ghandna avukatura ta’ serjeta, avukatura ta’ livell gholi, u avukatura ta’ integrita kbira.
"Tul dawn l-ahhar erba’ snin ippruvajna nharsu lejn ir-realtajiet godda li jezistu. Fil-qasam legali, kien hemm bzonn li wiehed jirrejalizza li d-dinja m’ghadhiex bhal ma kienet ghaxar snin ilu. Il-Gvern ipprova jhares lejn il-qasam tal-Gustizzja mil-lat li l-Qorti mhix l-unika kamp fejn topera l-avukatura, kif kien sa ghoxrin sena ilu. Ridna wkoll li l-Qorti tibqa’ l-iktar kamp li l-pubbliku jkollu x’jaqsam mieghu.
Irrejalizzajna li fil-qasam legali tant infethu oqsma godda li rridu nimirhu. Pajjizna bi sforz kbir u b’certu kapacita’, irnexxielu jkollu korp ta’ ligjiet li jkopru l-attivitajiet kummercjali kollha. Illum ghandna korp ta’ ligijiet li jikkomparaw tajjeb hafna ma pajjizi ohra."
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt spjega li rridu nirrejalizzaw li jekk irridu l-qasam tal-avukatura jikber hawn Malta, ma nistghux inharsu l-gewwa. Irridu qasam tal-avukatura li jhares ‘l barra. Hawn Malta ma nistghux niggeneraw dak l-ammont ta’ xoghol necessarju ghall-ammont ta’ avukati li ghandna, jekk nibqghu inharsu internament biss. Kien ghalhekk importanti li jkollna ligijiet aggornati biex il-kamp legali jikber. Minghajr dan l-aggornament, allura ma kienx ikun hemm gustifikazzjoni ghall-ammont ta’ avukati li ghandna.
Il-Ministru Gatt spjega li erba’ snin u nofs ilu, nhasset il-htiega li l-qrati taghna jitbiddlu. Tul dawn l-erba’ snin u nofs, iddahlu diversi riformi li hafna drabi kienu kontroversjali. "Madanakollu nemmen li f’dan il-qasam irregistrajna success. Il-kawzi kriminali naqsu b’2,600, 25% ta’ dawk li kien hemm fl-1998. Il-kawzi pendenti fil-kamp civili naqsu bi 3,000 kwazi 30% ta’ dawk li kienu pendenti 4 snin u nofs qabel. Dan is-success gara li kien hemm rejalizzazzjoni li d-dinja tbiddlet. Bdejna biex kabbarna l-gurisdizzjoni tas-Small Claims Tribunal."
Il-Ministru Gatt habbar li l-bierah gew pubblikati ‘guidelines’ godda ghall-accountants uawdituri, biex jigu dikjarati l-bad debts. Ir-realta’ hija li wiehed irid ihares lejn il-problemi tal-kawzi pendenti mill-lenti tal-aggornament tal-ligijiet.
Wiehed mill-ahhar atti li gie pubblikat ftit qabel ma xolja l-parlament, huwa att li ghandu jwassal ghal riforma mill-qiegh fil-kodici ta’ procedura civili. Ghadu ma dahalx ’in vigore’ minhabba li ninsabu lejliet elezzjoni. L-ghan ta’ din ir-riforma huwa li jitwaqqfu diversi qrati specjalizzati, bhal qorti tal-familja. Dan l-att jipprovdi wkoll ghal riforma fl-istitut tal-mandati u tan-notifiki. Ser nistabilixxu fuq bazi legali darba ghal dejjem bi proceduri dettaljati, s-sistema tal-master. Din hija sistema prattikata, li ser tigi formalizzata.
Dr. Gatt fisser li l-avukati l-godda jridu jifhmu li qeghdin hemm biex jservu lill-klijenti taghhom. "Illum nemmen li jekk qed isiru abbuzi b’mod regolari, ftit li xejn hemm kontroll. Dan jistgha jkun li qed jsir minhabba li hemm numru kbir ta’ avukati u anke ghaliex ghandu jkun hemm ‘role’ iktar attiv minn naha tal-Kamra ta’ l-Avukati."
Il-Ministru Gatt sahaq li huwa jemmen li l-warrants lill-avukati m’ghandhomx jiddependu fuq il-Gvern. Il-warrants ghandhom jinghataw minn Kamra ta’ l-Avukati li tkun topera b’mod professjonali. Dr. Gatt kompla, li huwa jemmen li l-warrants lill-Avukati m’ghandhomx jinghataw jekk ma jsirx ezami serju fuq l-etika. Huwa kompla li jemmen ukoll li fid-dinja tal-lum il-Kamra ta’l-Avukati ghandha tkun obligatorja.
Dr. Gatt sahaq li l-awto regolamentazzjoni ggib maghha responsabilta’ fuq il-kamra ta’ l-avukati. L-istess ghandu jinghad fil-kuntest tal-Gudikatura, fejn jekk ikun hemm bzonn il-gbid tal-widnejn, jsir.
Dr. Gatt sostna li jekk l-avukatura trid timxi l-quddiem, trid tbiddel il-mod kif topera. M’ghadux iz-zmien li avukat imur il-qorti b’lista ta’ 30 kawza li jrid jaghmel. M’ghadux iz-zmien li avukat jistgha jkun kollox ghal kullhadd. Id-dinja qed titbiddel. L-elettronika qed tbiddel il-mod kif l-avukati qeghdin jahdmu, pero’ wasal iz-zmien li l-pubbliku jkun jaf x’qieghed jigri.
"Nixtieq li nara pass qawwi l-quddiem fis-snin li gejjin mill-avukatura. Dan il-pass jsir biss jekk kulhadd jimxi flimkien il-quddiem. Dan il-pass jsir biss jekk ilkoll insibu l-kuragg li niggieldu hafna tradizzjonijiet li llum m’humiex relevanti. Nghozzu biss it-tradizzjoni li f’pajjizna ghandna avukatura ta’ serjeta’, avukatura ta’ livell gholi, u avukatura ta’ integrita’ kbira."
Huwa temm id-diskors tieghu b’awgurju ghall-hidma professjonali ta’ l-avukati l-godda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934