Left arrow Go Back

TITNIEDA L-GIMGHA NAZZJONALI TAL-MASGAR

PR40
Date Icon 13/01/2003

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino qal li jixtieq li jinbeda programm li permezz tieghu tibda tithawwel sigra gdida ghal kull tarbija li titwieled.

Dan il-programm irid isir b’kollaborazzjoni mal-Ministerughall-Gustizzja u l-Gvern Lokali u mal-Kunsilli Lokali, u biex jirnexxi trid tinstab art f’kull lokalita’.
Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino qal dan f’messaggli ta waqt it-tnehdija tal-Gimgha Nazzjonali tal-Masgar u l-Jum Nazzjonali tas-Sigar li jkun imfakkar fis-sittax ta’ Jannar.
Ghal din l-okkazzjoni giet organizzata attivita’ ta’thawwil ta’ sigar fil-Gnien il-Kunsill ta’ l-Ewropa, fil-Gzira, minn The International Tree Foundation (Malta) li ghal l-okkazzjoni pprezentaw diversi sigar biex jithawwlu.
Studenti mill-iskola Santa Monika, l-iskola primarjaDun Anton Manche’ u l-iskola sekondarja tas-subien Antonio Bosio, kollha mill-Gzira ippartecipaw f’din l-attivita.
L-ewwel Jum is-Sigar (Arbor Day) f’Malta kienorganizzat fl-1928. L-ewwel Jum Nazzjonali tas-Sigar kien imniedi fl-1998 u ntghazel il-jum tas-16 ta’ Jannar. Fl-1996, il-Kumitat Sigar fl-Iskejjel waqqaf il-Gimgha Nazzjonali tal-Masgar (National Woodland Week).
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow