PREŻENTAZZJONI MILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco dalgħodu, f'isem il-Malta Community Chest Fund, ippreżentaw għajnuna finanzjarja, apparat speċjalizzat u diversi għajnuniet oħra lil diversi istituzzjonijiet u individwi fil-bżonn, fil-Palazz, Valletta. It-total tas-somma ppreżentata tlaħħaq il-Lm 70,021.
260 individwu u 28 istituzzjonijiet filantropiċi bbenefikaw minn dawn il-fondi. L-individwi bbenefikaw minn total ta' LM 51,575 li minnhom, madwar Lm19,409 huma għajnuna għal apparat speċjali, konsistenti fi special wheelchairs, buggies, lifting chairs u oħrajn.
It-total ta' donazzjonijiet li minnhom ibbenefikaw diversi istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet, hu ta' Lm18,446. Fost dawk li rċevew l-għajnuna hemm:
Special Olympics Malta LM 2660
Dar Fra Diego LM 2500
Preca College LM 2000
Malta Wheelchair Dance sport Association LM 1700
Casa Leone LM 1000
Multiple Sclerosis Society LM 1000
Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ LM 810
Kummissjoni Ħidma għall-Morda u Persuni b'diżabilita LM 600
Għaqda Maltija ta' Persuni Neqsin mid-Dawl LM 500
Laboratorju tal-Paċi LM 500
Leġjun ta' Marija LM 500
Mission Fund LM 500
Physically Handicapped Rehabilitation Fund LM 500
Orsoline Sisters of Saint Angela Merici LM 500
Istituzzjonijiet oħra huma: id-Domus Mariae, il-Grupp Solidarjeta Persuni bi Bżonnijiet Speċjali, l-Istitut Ġesu Nazzarenu, id-Dar Merħba Bik, ir-Refjuġati, is-Soċjeta Missjunarja San Pawl, Dar Pax et Bonum, il-Prison Fellowship Malta u s-Saint Patrick's Salesian Home, fost l-ohrajn.
Fid-diskors tiegħu qabel il-preżentazzjoni tal-fondi, il-President Guido de Marco, qal li s-somma ta' llum, taqbeż kull somma oħra qatt ippreżentata mill-Malta Community Chest Fund b'risq individwi u istituzzjonijiet fil-bżonn.
"Dan seħħ biss grazzi għall-qalb kbira u l-ġenerożita tal-Maltin, li dejjem taw il-kontribut sħiħ tagħhom sabiex jgħinu lil dawk fil-bżonn," qal il-President.
Il-President kompla jgħid li wieħed mill-valuri kbar tal-poplu Malti hu dak li jgħin lil għajru sabiex tassew ngħixu bħala familja waħda Maltija. "Irrid ukoll nirringrazzja," kompla l-President, "lil dawk l-istituzzjonijiet filantropiċi kollha li permezz tal-kontribut tagħhom fis-soċjeta, qegħdin jgħinu lil dawk l-individwi fil-bżonn, kif ukoll lill-voluntiera kollha tal-Malta Community Chest Fund, li bis-saħħa tal-ħidma tagħhom u l-attivitajiet li norganizzaw minn żmien għal żmien, qegħdin jiġbru dejjem aktar fondi sabiex jintlaħqu ħafna aktar persuni fil-bżonn."
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934