Left arrow Go Back

TNEHDIJA TA’ BIDLA FIL-POLICY TAL-COMMUTED PARKING PAYMENT SCHEME

pr393
Date Icon 26/03/2003

Il-lokalitajiet fejn titħaddem il-Commuted Parking Payment Scheme issa se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn flus miġbura minn din l-iskema biex ikun provdut servizz ta’ trasport pubbliku lokali li jagħmel użu minn buses elettriċi.

Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-ambjent u l-ippjanar, il-Perit George Pullicino meta ħabbar tibdil għall-policy dwar il-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS). Din il-policy hija skema li permezz tagħha dawk l-iżviluppaturi li ma jkunux jistgħu jipprovdu faċilitajiet ta’ parkeġġ fil-proġetti li jkunu qed jipproponu, jikkontribwixxu għal fond li jkun jista’ jintuża biex jiffinanzja l-bini ta’ car parks fil-lokalita`. Il-lokalitajiet li fihom titħaddem din l-iskema huma Ta’ Sliema, San Ġiljan, il-Belt, Floriana, San Pawl il-Baħar, Mosta, Ħamrun u r-Rabat, Għawdex.

Din il-policy issa ġiet emendata mill-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u l-policy ġdida ġiet pprovata mill-Gvern. Permezz tal-bidla fil-policy, il-flus li nġabru jistgħu jintużaw ukoll biex ikun provdut mezz ta’ trasport pubbliku lokali li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dan il-mezz ta’ trasport, bhal per eżempju, electric buses li jkunu low-floor, ikun irid jopera fil-konfini ta’ minn fejn jinġabru l-flus. Ir-rotta lokali li tintuża trid tinkludi car park ezistenti jew li jkun propost li jinbena. Il-flus ma jistgħux jintużaw biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet ta’ dan is-servizz iżda jiffinanzjaw biss ix-xiri tal-mezz tat-trasport.

L-iskema tas-CPPS kienet introdotta disa’ snin ilu u issa se nibdew naraw il-frott tagħha. Il-fondi li nġabru mill-Belt u Floriana, li issa jammontaw għal madwar Lm350,000 se jintużaw biex jissussidjaw l-infrastruttura tas-sistema tal-Park and Ride. Permezz ta’ din is-sistema, karozzi jipparkjaw fit-tarf ta’ Floriana u jkun hemm shuttle service minn dan il-car park għal ġewwa l-Belt. Dan kollu jagħmel parti mill-istrateġija tal-Gvern li jippromovi sistemi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Il-fondi tas-CPPS li nġabru miż-żona ta’ San Ġiljan issa jammontaw għal Lm700,000. Dawn se jintużaw għal bini ta’ 2 multi-storey car parks. Wieħed se jkun ħdejn l-Institute of Tourism Studies. Id-disinn għal dan il-car park huwa avvanzat. Il-car park l-ieħor huwa propost li jkun f’Pender Place.

Il-fondi għal San Pawl il-Baħar jammontaw għal Lm335,000. Parti minn dawn il-fondi se jintużaw biex jinbena car park taħt l-art biex jieħu post car park temporanju fiċ-ċentru tal-Qawra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow