Left arrow Go Back

L-Awtorita’ tad-Djar thabbar inizjattivi ghal persuni b’dizabilita’

PR39
Date Icon 13/01/2003
L-Awtorita’ tad-Djar habbret tlett inizjattivi libihom ser toffri assistenza lill-persuni b’dizabilita’. L-ewwelnett l-Awtorita’ ser taghti ghotja ta’ Lm 41,000 lis-Supported Living Division ghall-progett ‘Vajrita’ gewwa M’Skala. It-tieni hija l-ghotja b’kera ta’ dar gewwa Bormla lis-Supported Living Division. Din id-Dar ghandha valur kummercjali ta’ Lm40,000 u li ser tintuza minn persuni li ghandhom dizabilitajiet serji.
Dan thabbar mill-Vici Prim Ministru u Ministrughall-Politika Socjali, Dr Lawrence Gonzi, u mic-Chairperson ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, Ms. Marisa Micallef Leyson, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet.
Il-Ministru Gonzi fakkar li din is-sena hija s-senaEwropea ghall-persuna b’dizabilita` u ghalhekk kien xieraq li l-Awtorita` tad-Djar tiehu inizjattiva bhal din favur persuni b’dizabilita`. Kien ghalhekk li l-Awtorita’ tad-Djar hasbet biex tnehhi kull test tal-mezzi mill-iskemi taghha meta l-applikant ikollu xi forma ta’ dizabilita`. "Dan ifisser li l-Gvern qed jiftah is-settur tad-djar ghall-persuni kollha li ghandom xi dizabilita`. Minn issa ‘l quddiem kull persuna b’dizabilita` tista’ tibbenefika mill-iskemi tal-Awtorita` tad-Djar. Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-Gvern ghamel pass kuragguz", qal il-Ministru Gonzi.
Ic-Chairman tal-Awtorita’ tad-Djar qalet li din l-inizjattiva,li tinghata assistenza diretta lis-Supported Living Division, giet ispirata mill-impenn li l-Awtorita` tad-Djar ghandha biex tghin lil dawk l-organizzazzjonijiet li jipprovdu jew behsiebhom jibdew jipprovdu servizz ta’ housing lill-klijenti taghhom. "Kultant ikun difficli li nilhqu lil hafna nies li jkollhom mhux biss problema ta’ housing izda f’hafna kazijiet problemi ohrajn ukoll’. B’din l-inizjattiva l-Awtorita’ qieghda toffri servizz ta’ housing filwaqt li l-organizzazzjoni tkun qieghda toffri l-expertise taghha fil-qasam residenzjali ghall-persuni b’dizabilita’.
Ic-Chairman tal-Awtorita’ tad-Djar qalet lighalkemm diga’ tezisti skema li toffri sussidju ghal irrangar li hija mfassla apposta ghall-applikanti bid-dizabilita`, l-Awtorita` tad-Djar hasset li kull skema ta’ l-Awtorita`, inkluz dik dwar is-sussidju fuq il-kera, m’ghandhiex tibqa’ aktar means-tested f’kaz li l-applikant ikollu dizabilita’.
"Fattur iehor li wassal biex titiehed din l-inizjattivakien il-fatt li ricerka mhejjija mill-Awtorita` tad-Djar tindika li l-maggoranza ta’ l-applikanti huma verament kazijiet genwini. Madwar 50% ta’ l-applikanti ghall-iskema 7 (skema ghall-persuni b’dizabilta`) tas-sena li ghaddiet kienu qieghdin jaqalghu inqas minn Lm 3506 fis-sena u d-dhul medju ta’ l-applikanti kollha ghal din l-iskema kien ta’ Lm 3959" qalet Ms Micallef Leyson. Semmiet ukoll l-fatt li hemm ukoll dizabilita` li hija assocjata ma’ l-eta`. Ir-ricerka wriet li dawk l-aplikanti, li ghandhom aktar minn 60 sena huma dawk b’aktar dhul baxx u li hlief ghal xi kontijiet il-bank, m’ghandhom l-ebda forma ohra ta’ assi kapitali.
Prezenti ghal din il-Konferenza tal-ahbarijiet kienhemm ukoll is-Sur Marcell Pisani, Manager tas-Supported Living Division fi hdan il-Fondazzjoni ghas-Servizzi ta’ Harsien Socjali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow