Left arrow Go Back

IL-GVERN PREZENTI B’VIZJONI: PROTEZZJONI GHAT-TFAL U POLITIKA TA’ GENDER MAINSTREAMING

pr381
Date Icon 24/03/2003

Matul dawn l-erba’ snin u nofs, inholqu erba’ servizzi godda ghat-tfal, filwaqt li issahhew is-servizzi tal-protezzjoni ghat-tfal u dak tal-‘fostering’. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-herba li halla f’dan il-qasam il-Gvern precedenti fl-1998, meta’ l-anqas halla flus biex jithallsu l-pagi tas-‘social workers’ li jahdmu fis-servizz ta’ protezzjoni ghat-tfal u ‘waiting-list’ twila, bir-rizultat li hafna tfal b’diffikulta’, thallew minghajr appogg u ghajnuna.

Il-Gvern prezenti, mill-ewwel gurnata tieghu fil-Gvern, mhux biss iggarantixxa l-pagi lis-‘social workers’, imma zied l-ammont ta’ ‘social workers’ minn 40 fi zmien Gvern Laburista ghal 180 social worker li qed jahdmu fl-Agenzija APPOGG. Barra minhekk, il-Gvern prezenti zied il-finanzjament ta’ din l-Agenzija minn Lm200,000 fis-sena fi zmien il-Gvern precedenti fl-1996, ghal Lm800,000 fis-sena fl-2003.

Dan qalu l-Agent Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha ddeskriva d-differenzi bejn Gvern precedenti ta’ bejn l-1996-1998 u dak prezenti, bhala bahar jaqsam bejn il-bahh li halla Gvern Laburista u l-politika konkreta li ghaddiet mill-paroli tad-duhhan ghall-prattika permezz ta’ holqien ta’ servizzi professjonali.

Il-Ministru Gonzi semma kif ghal dawk it-tfal li jinsabu f’kura residenzjali jew li huma fostered, il-Gvern dahhal beneficcju socjali gdid ta’ Lm12 fil-gimgha. Barra minn dan, twaqqfu l-istrutturi amministrattivi sabiex il-process ta’ addozzjonijiet isir b’hafna aktar serjeta’ bi protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal li jkunu ser jigu addottati. "F’dawn l-ahhar erba’ snin u nofs, giet abbozzata ligi komprensiva dwar it-tfal, ligi li tissalvagwardja d-drittijiet kollha tat-tfal u tirregola l-oqsma kollha tat-tfal, fosthom l-addozzjonijiet, il-harsien u z-zamma tat-tfal, il-vjolenza u neglect fuq it-tfal u d-drittijiet tat-tfal f’kazi ta’ diffikulta’ fil-familja.

Fis-sena li ghaddiet ippubblikajna wkoll ligi gdida dwar il-holqien ta’ Kummissjarju ghat-Tfal li ser ikun gwardjan tad-drittijiet tat-tfal fuq bazi nazzjonali, u li ser ikollha l-partecipazzjoni diretta tat-tfal infushom. Dan kollu sar wara diskussjonijiet twal fi hdan il-Kumitat Permanenti ghall-Affarijiet Socjali."

"Tajjeb insemmu wkoll li r-rata tac-Childrens’ Allowance ghall-familji li ghandhom tlett itfal jew aktar zdiedet fl-ahhar budget b’aktar minn 2,800 familja jibbenefikaw minn din il-mizura."

"Minbarra t-tishih fis-servizz ta’ protezzjoni ghat-tfal u dak tal-fostering, Gvern Nazzjonalista nieda servizz gdid ghall-adoloxxenti li ghandhom problemi ta’ mgieba, servizz ghall-ommijiet tqal li jkollhom tqala difficli, servizz ta’ social work ghat-tfal u l-familji, servizz ta’ appogg ghal dawk it-tfal li jkunu taht ordni ta’ kura u servizz ta’ appogg ghal dawk il-genituri li jkollhom tfal b’diffikultajiet ta’ mgieba."

"Anki l-Agenzija Sedqa kattret ix-xoghol taghha mat-tfal permezz ta’zieda fil-programmi ta’ prevenzjoni u t-tnedija ta’ servizzi godda ta’ prevenzjoni sekondarja ghal dawk it-tfal li jinsabu f’riskju ta’ abbuz ta’ sustanzi kif wkoll lil dawk li l-genituri taghhom ikun qed jabbuzaw jew jinsabu fi problema ta’ loghob ta’ l-azzard."

Il-Ministru Gonzi semma wkoll li kuntrarju ghal dak li qal l-Onor. Dr. Alfred Sant, sar studju estensiv fuq l-impatt tal-basktijiet ta’ l-iskola fuq it-tfal u r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport gew mghoddija lil kull skola sabiex fuq il-livell ta’ skola tigi maghmula policy sabiex jigi evitat it-toqol zejjed.

L-istess jista’ jinghad dwar l-istress fuq it-tfal fi zmien l-ezamijiet. Il-Ministeru ghall-Edukazzjoni ndirizza din il-problema pemezz tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali u r-revizjoni tas-sillabi tas-suggetti tat-taghlim, sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-istress negattiv fuq it-tfal.

Politika ta’ Gender Mainstreaming

"Filwaqt li fi tnejn u ghoxrin xahar Gvern Laburista m’ghamel xejn hlief ivvinta abbozzi ta’ ligijiet finti u holoq servizzi li qatt ma ntuzaw, Gvern Nazzjonalista ha bis-serjeta’ l-impenn sabiex jigu ndirizzati l-problemi ta’ diskriminazzjoni u ugwaljanza bejn is-sessi. Matul dawn l-erba snin, gie introdott il-parental leave, inghatat zieda ta’ gimgha fil-leave tal-maternita’, tnedew serje ta’ family-friendly policies li minnhom gawdew l-aktar in-nisa. Gew mahluqa wkoll skemi ta’ tahrig u ‘empowerment’ ghan-nisa li jkunu nqatghu mid-dinja tax-xoghol. Rizultat ta’ dan kien li matul dawn l-ahhar erba snin u nofs, giet irregistrata zieda ta’ 10% fl-ammont ta’ nisa jahdmu bi qliegh", tenna l-Ministru Gonzi.

Huwa semma kif ‘dar ta’ kenn’ ghan-nisa li jbatu minn vjolenza domestika gie inawgurat xahar qabel l-elezzjoni ta’ l-1998 minghajr ma’ kellu l-facilitajiet sanitarji necessarji. Matul dawn l-erba’ snin, Gvern Nazzjonalista fetah zewg ‘shelters’ professjonali li sa issa diga’ taw appogg u kenn lil madwar 200 mara bit-tfal.

"L-istess jista’ jinghad ghad-Child Day Care Centre tal-Kalkara li tant tiftahar bih l-Onor. Helena Dalli. Dan id-Day Care Centre, minbarra li kellu problema ghax ma kellux il-permessi necessarji, kien gholi wisq; bil-konsegwenza li hadd ma’ kien jaffordja jibghat it-tfal tieghu fih. L-iSmart Kids Centre li fetah Gvern Nazzjonalista gewwa l-Kumpless ACCESS fil-Birgu, mhux biss huwa success imma joffri sussidji qawwija mill-Gvern. Tajjeb infakkru li fl-ahhar Budget il-Gvern ivvota Lm100,000 sabiex jigu zviluppati skemi ta’ sussidju ghall-harsien tat-tfal matul il-jum u bhalissa qed isir ix-xoghol tekniku fuq l-iskema."

Il-Ministru Gonzi semma kif dan il-Gvern ghadda mill-Parlament ligi dwar l-Ugwaljanza bejn n-Nisa u l-Irgiel li permezz taghha ser jitwaqqaf Kummissarju ghall-Ugwaljanza. Il-Ministru Gonzi qal li Gvern Nazzjonalista ma’ jemminx fil-kwoti imma f’politika aggornata ta’ Gender Mainstreaming li permezz taghha r-responsabbilta’ ma’ tkunx imposta bhalma jsir permezz tal-kwoti imma attwata permezz ta’ programmi ta’ edukazzjoni u gharfien. Din il-politika ta’ dan il-Gvern qed tirrendi tant li fil-fatt zdiedet il-partecipazzjoni ta’ nisa fuq bordijiet tal-Gvern u fit-tmexxija tas-Servizz Pubbliku.

Il-Vici Prim Ministru ghalaq il-konferenza ta’ l-ahbarijiet billi qal illi l-Onor. Dr. Alfred Sant qed ikompli juri kemm m’ghandux ideat u kemm hu maqtugh mir-realta’ meta kontinwament f’kull qasam qed iwieghed li ser jaghmel affarijiet li diga’ jezistu ghaliex holoqhom Gvern Nazzjonalista matul din il-legislatura. "L-ghazla hija cara kristall – ghazla bejn Gvern bla ideat u maqtugh mir-realta’ bhalma hu l-Partit Laburista jew Gvern Nazzjonalista b’vizjoni cara u politika socjali ta’ solidarjeta’ mwettqa fil-prattika."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow