Left arrow Go Back

JIBDA L-PROGETT TAL-LOCALISATION TAL-XP SUITE GĦAL-LINGWA MALTIJA

pr380
Date Icon 24/03/2003

Beda jigi mplimentat il-progett tal-localisation tal-Microsoft XP fil-lingwa Maltija. Il-Ministru Gatt ħabbar dan meta kien qed jindirizza lill-ħaddiema tal-MITTS fi tmiem żjara li saret lil din il-kumpanija.

Dr. Austin Gatt semmgħa kif il-ftehim li hemm mal-Micorosoft beda jiġi mplimentat fl-oqsma kollha tiegħu. F’dan il-kuntest, Il-Ministru Gatt semmgħa kif il-MITTS u c-CIMU qegħdin jaħdmu bis-sħiħ f’diversi oqsma ta’ dan il-ftehim fosthom, il-proġett li permezz tiegħu il-lingwa Maltija ser tkun lingwa standard tas-suite tal-programmi XP.

Dr. Austin Gatt semmgħa wkoll kif il-MITTS, għan-nom tal-Gvern Malti ġiet imsieħba fil-Government Security Programme li għandha l-Microsoft. Dan ifisser li l-MITTS hija waħda mill-ewwel kumpaniji tal-Gvern li għandhom aċċess għas-source codes tal-Microsoft.

Fid-diskors tiegħu, l-Ministru Gatt qal li kien ta’ sodisfazzjon għalih li llum ra kif topera dik li fisser bħala sinsla tal-mod kif jiġu provduti s-servizzi tal-Gvern Elettroniku. Il-Ministru Gatt semmgħa kif f’erbgħa snin u nofs, minbarra l-avvanzi teknoloġiċi kbar li saru, dik li kienet ħolma tal-Gvern, jiġifieri l-implimentazzjoni ta’ l-eGovernment bdiet tiġi implimentata.

Pajjiżna ma kienx ikun fost l-aqwa fl-Ewropa, fl-għoti ta’ servizzi ta’ l-e-Government mingħajr l-input tal-ħaddiema tal-MITTS. Huwa spjega li grazzi għall-impenn tal-ħaddiema illum Malta qegħda fuq il-mappa tas-servizzi ta’ l-e-Government. Huwa rrefera għall-implimentazzjoni ta’l-e-Government bħala rivoluzzjoni ta’ kif jopera ċ-ċivil.

Il-Ministru Gatt spjega li llum qed nipprovdu servizz 24 siegha kull jum sebat jiem fil-gimgha Apparti minn hekk is-servizzi li qed jipprovdi l-Gvern illum qed ikunu iktar efficjenti u trasparenti minn qabel. Dan qed iwassal biex ikollna servizz pubbliku iktar ‘accountable’. Iktar minn hekk permezz tal-eGovernment qed infasslu servizzi tal-Gvern li huma mmirati iktar lejn htigijiet tac-cittadin bhala konsumatur, differenza ewlenija minn kif kien isir qabel, fejn is-servizzi kienu jkunu motivati mill-htigijiet tad-dipartiment ikkoncernat.

Il-Ministru Gatt fisser li din hija rivoluzzjoni siekta li qed twassal biex taqdi liċ-ċittadin Malti. Din ir-rivoluzzjoni setgħet issir biss għax kien hemm Gvern li kellu viżjoni ta’ fejn irid jasal. Il-kisbiet li għamilna jitkellmu weħedhom. Minbarra li kull entita’ għandha website tagħha, 90% tas-servizzi tal-Gvern ser ikunu online, sa April. Dan għandu jwassal biex fis-summit li ser isir għall-pajjiżi applikanti li ser isir f’Como f’Lulju, Malta għandha tiġi kkonsidrata bħala l-aħjar fost il-pajjiżi kandidati. Tul dan is-summit ser jiġu nominati 9 proġetti li nħadmu Malta mill-Maltin, għall-‘awards’ li jippremjaw proġetti li jagħmlu d-differenza fil-ħajja taċ-ċittadin.

Il-Ministru Gatt spjega li l-ammont ta’ nies li qed jużaw is-servizzi ta’ l-e-Government illum, huwa ta’ 55,000 fix-xahar . Xhieda li l-e-Government qiegħed tassew ibiddel il-ħajja taċ-ċittadin.

Il-Ministru Gatt irringrazzja lil Joe R. Grima u lil David Spiteri Gingell, Chairman u CEO rispettivament tal-MITTS, lill-membri tal-bord u lill-haddiema kollha ta’ l-impenn li juru fil-hidma taghhom.

Austin Gatt għamel wkoll referenza għal Viliman Gajovich, li miet ftit tal-ġranet ilu, persuna li fi kliem il-Ministru Gatt, kien strumentali ħafna fil-proġett ta’ l-eGovernment.

Dr. Gatt irrefera għall-mument li fih jinsab pajjiżna. Huwa semmgħa kif irridu ngħarfu fejn sejjer pajjiżna. Irridu ngħarrfu li għandna għażliet importanti. Għandna għażliet bejn Gvern li fl-4 snin u nofs li għaddew wera l-viżjoni li għandu għal dan il-qasam. Wera wkoll il-kapacita tiegħu li jiżviluppa programm strateġiku li jissarraf f’servizz aħjar għal Maltin. Gvern li nvesta b’kuraġġ f’dan il-qasam, konxju li jagħmel minn pajjiżna ċentru ta’ eċċellenza f’dan il-qasam. Dan b’kuntrast man-nuqqas komplet tal-Oppożizzjoni. Dawn huma għażliet politiċi, ekonomiċi u għażliet li ser jirriflettu fejn irridu nieħdu lill-pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow