Left arrow Mur Lura

L-UNIVERSITA` U L-MCAST: ŻEWĠ KOLONNI TA' L-EDUKAZZJONI F'PAJJIŻNA

pr378
Date Icon 21/03/2003

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, tkellem fl-Universita' u fl-MCAST waqt żewġ attivitajiet separati orġaniżżati mill-istudenti: waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill ta’ l-Istudenti ta’ l-Universita' (KSU), filwaqt li fl-MCAST, il-Ministru ha sehem fl-attivitajiet li qed isiru fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Fl-Universita', il-Ministru Louis Galea tkellem dwar l-importanza ta' l-involviment ta' l-istudenti ta' l-Universita' fl-isfera politika u soċjali ta' pajjiżna. Huwa qal li dawn huma żminijiet importanti ħafna għall-pajjiż u għalhekk hemm bżonn l-involviment ta' l-istudenti u taż-żgħażagħ.

Il-Ministru qal li l-istudenti għandhom aktar għal xiex jinvolvu ruħhom għax il-futur tagħhom, kemm bħala ħaddiema u professjonisti kif ukoll bħala ġenituri, kemm il-futur qarib kif ukoll dak aktar ’l bogħod, jiddependi mid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu llum.

Il-Ministru faħħar lill-KSU għall-ħidma li wettaq matul is-sena li għaddiet. Il-KSU wettaq attivitajiet biex titkattar il-parteċipazzjoni ta' l-Istudenti; refurbishment ta' l-istudents house; aċċessibilita' fl-iStudents’ House u ħidma fuq livell internazzjonali. Parti mportanti tal-ħidma tal-KSU kienet tinvolvi l-kwistjoni ta' l-Unjoni Ewropea. Il-KSU għamlet stħarriġ fost l-istudenti li wera li 62.5% ta' l-istudenti kienu favur is-sħubija ta' Malta fl-UE.

It-tema tal-laqgħa ġenerali kien "Lejn il-Futur bi Sfida". Il-Ministru qal li t-tema magħżula turi li l-istudenti ta' l-Universita' qed iħarsu lejn il-futur b'kunfidenza u b'sens ta' kuraġġ għax lesti biex jisfruttaw l-opportunitajiet li joffri l-ispazju Ewropew.

Il-Ministru tkellem dwar l-opportunitajiet ta' taħriġ taħt il-programmi edukattivi ta' l-UE li llum qed igawdu direttament minnhom mijiet ta' studenti Maltin. Kemm l-istudenti kif ukoll l-Universita' innifisha ġawdew minn dawn il-programmi. Is-sena d-dieħla se jkun hemm mal-400 post għal studenti li jridu jmorru għal semester f'universita` fl-UE. Illum dawn l-iskambji qed isiru parti integrali mill-esperjenza universitarja. Il-Ministru qal li bħalissa għandna rata ta' 12% ta' l-istudenti eliġibbli li qed jagħmlu din l-esperjenza.

Louis Galea qal li filwaqt li l-popolazzjoni ta' l-Universita' qed tkompli tikber, il-Gvern għandu l-ħsieb li jkompli jkabbar l-Universita` għax irid li aktar żgħażagħ ikomplu jistudjaw f'livelli għola ta' l-edukazzjoni. Sadattant il-Gvern qed joħloq rottot ġodda ta' tagħlim u taħriġ permezz ta' l-MCAST.

Il-Ministru Galea qal li l-Universita' u L-MCAST se jkunu żewġ kolonni importanti fl-Iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-pajjiż. Il-Gvern prezenti waqqaf l-MCAST bhala struttura edukattiva flessibli fejn żgħażagħ li għandhom xeħta vokazzjonali jiksbu t-taħriġ relevanti għad-dinja tax-xogħol.

Il-Ministru żied jgħid li aktar minn 11,000 student qed jibbenefikaw minn Lm 8 miljun fis-sena bħala stipendju. Il-Gvern daħħal sistema ta' stipendji li tkopri aktar studenti u li tagħti għotjiet supplimentari għal dawk li l-aktar għandhom bżonn. Il-Gvern daħħal ukoll sistema ta' Smart Cardsbiex jiżgura li parti mill-għotjiet li jingħataw l-istudenti jintefqu fuq materjal edukattiv u b'hekk flus il-poplu jintuża sewwa.

Fl-MCAST il-Ministru tkellem ma' l-istudenti dwar l-importanza ta' l-attivitajiet extra-kurrikulari u kif dawn jgħinu biex l-istudenti ma' jiżviluppawx biss il-ħiliet akkademiċi u vokazzjonali tagħhom iżda jiżviluppaw ħiliet oħra li huma wkoll meħtieġa għal ħajja aktar sħiħa.

Il-Ministru qal li l-Gvern ħadem ħafna fil-qasam ta' l-isport u fl-Universita' u fl-MCAST ukoll dan hu evidenti ħafna. F'dawn l-erba' snin il-Gvern wettaq investiment massiv fl-isport u parti sostanzjali marret għat-titjib tal-faċilitajiet fil-kumpless ta' kordin, fil-pixxina nazzjonali u fil-bini tal-kumpless sportiv ta' l-universita' b'investiment ta' aktar minn Lm 600,000.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow