STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI: L-ONOR. DR. ALFRED SANT MA JAFX LI L-INDICI TAL-PREZZIJIET GHALL-PENSJONANTI GIA` GIE NTRODOTT
Il-bierah, il-Kap tal-Oppozizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant qal li ser jintroduci indici tal-prezzijiet ghall-kumpens tal-gholi tal-hajja ghall-pensjonanti. Dan juri kemm il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni huwa maqtugh mir-realta`, ghaliex dan l-indici diga` gie ntrodott u dettalji ta` kif inhadem gew ipprezentati fl-ahhar Budget u fl-Economic Survey.
Din is-sena, il-pensjonanti nghataw zieda ghall-gholi tal-hajja ta’ Lm1.27c fil-gimgha, minflok Lm1.17c li kieku kienet tinghatalhom, kieku dan l-indici ghall-gholi tal-hajja ghall-pensjonanti ma ddahhalx fis-sehh.
Fil-passat, il-pensjonanti kienu jiehdu zieda ghall-gholi tal-hajja ekwivalenti ghal zewg terzi tal-kumpens ghall-gholi tal-hajja, li jircievu l-bqija tan-nies, jigifieri dawk li ghadhom qed jahdmu bi qliegh. Dan il-kumpens jigi kkalkulat b’referenza ghall-paga bazika, skond l-indici tal-gholi fil-prezzijiet, li jvarja skond l-infieq ta’ familja tipika.
Izda mill-Household Budgetary Survey (HBS), imhejji mill-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, jidher li l-pensjonanti jonfqu l-flus taghhom b’mod differenti minn gruppi ta’ familji ohra. Ghalhekk inhadem indici ta’ l-gholi tal-hajja apposta ghall-pensjonanti, sabiex jikkompensahom bi shieh, ghal zidiet fil-prezzijiet tal-prodotti li l-aktar juzaw. Dan l-indici inhadem skond il-Household Budgetary Survey, kif jinhadem dak ghall-bqija ta’ l-ekonomija. L-gholi tal-hajja huwa kkalkulat fuq pensjoni ta` Lm55 fil-gimgha li tirraprezenta 70 fil-mija tal-pensjonanti kollha.
Bl-introduzzjoni ta’ dan l-indici tal-prezzijiet ghall-pensjonanti, il-Gvern prezenti ntrabat biex ihares, bil-fatti, l-valur reali tal-pensjonijiet biex ma jigux imnaqqra mill-gholi tal-hajja. Din weghda ohra elettorali li Gvern Nazzjonalista wettaq fil-prattika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934