Left arrow Mur Lura

AMBULANZA ĠDIDA GĦALL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX

pr376
Date Icon 21/03/2003

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono inawgurat ambulanza ġdida għad-Dipartiment ta’ l-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan kien pass ieħor importanti fil-ħidma intensiva tal-Ministeru għal Għawdex sabiex joffri lill-Għawdxin servizz tas-saħħa dejjem aktar effiċjenti u modern f’Għawdex stess.

Din l-ambulanza hija tal-marka Fiat Ducato u hija mgħammra b’arja kundizzjonata u b’kull tip ta’ apparat għall-użu f’emerġenzi bħal suction units, oxygen manifold, dawl li jintuża f’każ li fil-lokal fejn tissejjaħ l-ambulanza ma jkunx hemm dawl, connection għal monitor defibrillator u żewġ stretchers, flimkien ma’ patient carrying chair.

"Is-servizz li joffri l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kien, għadu u jibqa’ wieħed mill-prioritajiet tal-Ministeru għal Għawdex. L-akkwist ta’ din l-ambulanza turi biċ-ċar l-impenn tagħna favur l-Għawdxin u dawk kollha li jkollhom bżonn jiddaħħlu fl-isptar,” qalet il-Ministru Debono.

L-inawgurazzjoni ta’ din l-ambulanza hija l-aħħar investiment f’sensiela ta’ proġetti li l-Ministeru għal Għawdex wettaq fl-aħħar erba’ snin u nofs. Il-proġetti ta’ modernizzar u titjib imwettqa missew, tista’ tgħid, kull sezzjoni ta’ l-isptar, bħal ma’ huma d-Dipartiment ta’ l-Emerġenza, d-Dipartiment ta’ l-Outpatients, s-Swali Ġenerali tan-Nisa u ta’ l-Irġiel, s-Sala għal Irġiel Anzjani, waħda mis-Swali ta’ l-Operazzjonijiet, is-sezzjoni ta’ fejn jinżammu r-records tal-pazjenti u d-dipartiment fejn jiġu sterilizzati l-istrumenti kollha li jintużaw waqt l-operazzjonijiet.

Twaqqaf dipartiment ġdid – ir-Renal Unit għal min għandu mard tal-kliewi. Ftit tal-ġimgħat ilu ġiet inawgurata wkoll Residenza Sant’ Anna għan-nisa anzjani, investiment ta’ tlett kwarti ta’ miljun Lira Maltin. Gie akkwistat ukoll apparat ġdid biex aktar Għawdxin ikunu jistgħu jinqdew minn Għawdex stess u hekk ikompli jitnaqqas l-iskariġġ ta’ min ikollu bżonn juża dawn is-servizzi. Fost l-apparat ġdid li ġie akkwistat, insibu l-multi-channel analyzer machine biex isiru testijiet tad-demm, li qabel kienu jsiru, fl-Isptar San Luqa.

Preżenti fost l-oħrajn għal din iċ-ċerimonja kien hemm s-Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Dr. Anthony Livori; u l-Prof. Maurice N. Cauchi, Chairman tal-Kunsill tas-Saħħa għal Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow