ITTRA MAHRUGA MILL-UFFICCJU TAL-PRIM MINISTRU
Din li ssegwi hija kopja elettronika ta' ittra mahruga mill-Ufficcju tal-Prim Ministru lill-presidenti ta' l-organizazzjonijiet li jidhru hawn taht, b'risposta ghall-ittra li dawn ipprezentaw lill-Prim Ministru, dwar il-pozizzjoni ta' Malta fuq il-konflitt fl-Iraq.
MOVE! Organisation
Moviment Graffitti
Friends of the Earth (Malta)
Grupp ghat-Tielet Dinja
Pulse
Nature Trust
…/…
DOI – 20.03.2003
---------------------------------------
Il-President | |
20 ta’ Marzu 2003
Għażiż
Nirreferi għall-ittra tagħkom dwar il-gwerra kontra l-Iraq. Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti favur il-Paċi hi magħrufa u pubblika.
Il-Gvern Malti jsostni li l-konflitti għandhom jiġu riżolti b’ħidma diplomatika. Fl-istess waqt kull azzjoni li tittiehed għandha tkun skond il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-pożizzjoni tal-Gvern dejjem kienet li jappoġġja deċizjonijiet meħuda minn dan il-Kunsill.
Flimkien mal-kandidati li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, Malta qablet mal-pożizzjoni tà l-Unjoni Ewropea li għandha tibqà ssir ħidma biex tinstab soluzzjoni diplomatika għal din is-sitwazzjoni.
Inselli għalik
Brian Tortell
Communications Co-ordinator
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934