Left arrow Mur Lura

TKABBIR FID-DAR TAL-ANZJANI TAZ-ZEJTUN

pr372
Date Icon 20/03/2003

Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem harsu l-interessi ta’ l-anzjani u l-pensjonanti Maltin u Ghawdxin u kien Gvern Nazzjonalista li holoq servizzi socjali ghall-anzjani sabiex jippermettilhom jghixu b’mod attiv fil-qalba tal-komunitajiet taghna. Matul dawn l-ahhar erba snin u nofs, dan il-Gvern hadem u tejjeb bis-shih is-servizzi u l-facilitajiet ghall-anzjani b’investiment ta’ miljuni ta’ liri, sabiex titjieb il-kwalita’ tal-hajja ta’ l-anzjani u l-pensjonanti.

Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi meta kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet, flimkien mas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, l-Onor. Dr. Antoine Mifsud Bonnici, sabiex jirrispondi ghall-kummenti li ta l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni l-Onor. Dr. Alfred Sant lill-media, dwar il-politika dwar l-Anzjani.

Matul din il-legislatura, il-qasam tal-anzjani ghamel passi ta’ ggant f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ kwalita’ ta’ servizzi residenzjali u dawk fil-komunita’. Id-Dar ta’ Bormla, l-estensjoni tad-Dar Residenzjali gewwa z-Zejtun, l-invetisment ta’ aktar minn 7 miljun Liri Maltin fir-Residenza San Vincenz De Paule u l-introduzzjoni ta’ supervizjoni fil-kwalita’ tas-servizzi residenzjali moghtija lill-anzjani minn operaturi privati, huma kollha progetti li twettqu f’din il-legislatura.

Dan minbarra t-tishib mal-privat fix-xiri ta’ 100 sodda fid-djar privati u issa l-bini, flimkien u bi shubija mas-settur privat, ta’ Dar ghall-Anzjani fil-Mellieha.

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni jidher li ma’ tantx jaf x’qed jigri f’dan is-settur ghaliex wieghed affarijiet li diga saru, fosthom dak li hu qed isejjahlu ‘partnership’ fuq livell lokali. Matul dawn l-ahhar erba’ snin u nofs, infethu seba’ Day Centres ghall-Anzjani bis-sahha ta’ koperazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Fl-istess waqt, il-Kunsill Nazzjonali ghall-Anzjani gie moghti vuci permezz tal-prezenza tieghu fil-Kumitat tas-Socjeta’ Civili fi hdan il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali.

Huwa ngann min-naha tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li jwieghed li jiehu mizuri sabiex jassigura s-sostenibbilta’ tal-pensjonijiet, meta matul dawn l-ahhar erba’ snin, b’mod ripetut, irrifjuta li jiehu sehem fil-Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Riforma fil-Welfare. Huwa semma wkoll il-kwistjoni tal-pensjonijiet privati. Jidher li l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni ma’ kienx attent meta l-Parlament ghamel ligi li biha ppermetta l-holqien ta’ pensjonijiet privati.

Dwar il-kwalita’ tal-hajja, l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni semma s-servizzi socjali u dawk tas-sahha. Forsi nesa’ d-diffikultajiet li kien holoq b’introduzzjoni ta’ 50 centezmu fuq ic-certifikati ghall-medicini. Dan jikkuntrasta bis-shih mal-mizuri li ttiehdu minn dan il-Gvern. Dawn kienu jinkludu z-zieda fit-test tal-mezzi kapitali ghall-pensjoni tal-eta’ u l-ghajnuna medika; u t-titjib fit-test tal-mezzi tad-dhul tal-allowance supplimentari. Minn dawn il-mizuri bbenefikaw aktar minn 30,000 anzjan li flimkien qed jiehdu aktar minn Lm600,000 lira fis-sena.

Dwar l-indici tal-gholi tal-hajja, kien dan il-Gvern fl-ahhar budget, li introduca din il-weghda elettorali li minnha raw zieda fil-pensjoni 25,000 pensjonant. Meta wiehed iqabbel medja b’medja, ic-cekk tal-pensjoni tal-anzjani fl-1997 u dik fis-sena 2002, wiehed isib li kien hemm medja ta’ Lm8 liri zieda fil-gimgha, fid-dhul tal-anzjani permezz ta’ zidiet fil-gholi tal-hajja, zidiet permezz tal-ftehim kollettiv fic-civil u f’azjendi ohra fost l-ohrajn.

Mizura ohra li tejbet il-kwalita’ tal-hajja ta’ l-anzjani hija l-iskema ta’ stallazzjoni ta’ lifts li minnha bbenefikaw numru kbir ta’ anzjani li jghixu fi blokki tal-Gvern.

Il-Ministru Gonzi qal li Gvern Nazzjonalista biss, jista jaghti serhan il-mohh ghall-anzjani u pensjonanti Maltin. Dan ghaliex bil-kuntrarju ta’ dak li ghamel Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998, meta ntroduca t-taxxi fuq id-dawl, l-ilma u d-drenagg, il-Gvern prezenti tejjeb il-kwalita’ tal-hajja tal-anzjani u tahom sehem attiv fil-komunitajiet lokali.

Il-Vici Prim Ministru cahad kategorikament li Gvern Nazzjonalista ntrabat li jdahhal il-VAT fuq l-ikel u l-medicini. Mhux talli hekk, talli Gvern Nazzjonalista ntrabat li ma’ jdahhalx il-VAT sal-2010, wara liema perjodu tigi evalwata s-sitwazzjoni fid-dawl ta’ dak li jkun sar minn pajjizi ohra fl-Unjoni Ewropea. Din, ikkonkluda l-Vici Prim Ministru, hija gidba ohra fis-sensiela ta’ gideb li qed jiffabrika l-Partit Laburista.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow