Left arrow Mur Lura

POLICY SPEECH MILL-ONOR. JESMOND MUGLIETT, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI, FL-OKKAZJONI TA’ "L-ISPORTIVI NAZZJONALI 2002" ORGANIZZATI MILL-GHAQDA KITTIEBA SPORTS – TAL-QROQQ – IS-SIBT, 11 TA’ JANNAR 2003

PR37
Date Icon 11/01/2003

Introduzzjoni

Dan x’aktarx huwa l-ahhar policy speech ta’ din il-legislatura. Huwa floku u mistenni li wiehed ikejjel ir-rekord ta’ din il-legislatura. Li jqabbel dak li sar ma dak li kien imwieghed, jekk ghamilx differenza, u x’ser ihalli warajh.

X’inhu il-wirt li ser inhallu? Ghax anke fl-isport jista’ jkollok il-wirt sportiv. Qabel ma nharsu lejn il-kwadru kollu ta’ din il-legislatura, ejjew naghtu titwila lejn l-avvenimenti principali tal-2002.

  • Ghaddejna rizoluzzjoni fejn 34 facilitajiet ohra kienu mghoddija lill-ghaqdiet li juzawhom;
  • Tlesta x-xoghol fuq is-Sala Sportiva fl-Universita’;
  • Kienet diskussa u ghaddiet mill-istadji kollha l-ligi ghall-isports;
  • Kompla miexi gmielu x-xoghol fuq il-kumpless sportiv tal-Kottonera;
  • Kienu miksuba rizultati eccellenti fir-Rugby, Waterpolo, u l-Isparar;
  • Kienu organizzati b’success tournaments internazzjonali bhal tal-Pool, Snooker, Mundiavocat, FISEC;
  • Assocjazzjonijiet, ghaqdiet, jew skejjel mhux governattivi komplew bl-investiment f’facilitajiet sportivi;
  • Rajna l-Universita’ twaqqaf l-Istitut ghall-Edukazzjoni Fizika u Sport.

Mhux kollox kellu s-success mistenni. It-Talent Identification Programme mhux qieghed jahdem kif xtaqnieh. L-anqas tant sar progress fuq il-progett tar-riklamar ta’ Malta ghal tahrig ta’ qabel l-Olimpjadi.

Fl-isport ir-rizultati tajba ma jistghux ikunu bhal lehha ta’ berqa fil-bnazzi. Huma frott ta’ hidma siekta u kontinwa, ta' ppjanar u impenn.

Is-sena 2002 kienet sena fejn l-impenn fl-isport fil-hafna organizzazjonijiet u ghaqdiet baqa’ ghaddej. Hawn nixtieq nirringrazzja lill-eluf ta‘ voluntiera, partikolarment fl-amministrazzjoni, li huma s-sinsla ta’ l-isport Malti.

Kif ghidt, mhux ser inhares lejn is-sena 2002 wahedha, imma sejjer nitkellem aktar fuq il-wirt sportiv ta’ din il-legislatura. Ghax il-wirt sportiv huwa dak li ser inhallu warajna, li fuqu ser ikompli jinbena l-futur.

Wirt Sportiv

Wirt sportiv jista jiehu diversi xejriet. Jista jiehus-sura l-aktar ovvja tal-kumplessi sportivi nazzjonali jew regjonali. Wirt sportiv jista jkun it-tishih li sar fil-familja sportiva permezz ta’ tishih fix-xibka u infrastruttura ta' ghaqdiet, il-facilitajiet taghhom u t-taghmir li fihom. Wirt sportiv jista jiehu s-sura ta’ t-tishih li kellna fl-edukazzjoni sportiva, jista jiehu s-sura ta’ skemi ta’ preparazzjoni ghall-eccellenza. Jista wkoll jiehu s-sura ta’ strutturi godda ghall-ippjanar u thejjijja. Jista jiehu s-sura ta’ patterns ta’ nfieq.
Nemmen li f’kull aspett tal-isport imsemmi hdimna,imxejna, hallejna l-impatt taghna u ser inhallu kultura li tista’ tkompli tinbena ghall-gid ta' l-isport Malti.

Edukazzjoni ghall-isport

Din hi legislatura li halliet il-marka fuq l-Edukazzjoni ghall-isport

  • L-isport sar suggett li wiehed jista jaghmel ezami u jikseb certifikat fil-livell SEC;
  • Qed ikunu ingaggati activity teachers - fosthom uhud bi specjalizzazzjoni fl-isport, sabiex iwettqu programmi waqt u wara l-hin ta’ l-iskola;
  • Kienet ristrutturata Skolasport sabiex tghallem hiliet u tferrex kultura sportiva tajba;
  • Kienet imwaqqfa mill-gdid is-Swimming Promotion Unit;
  • Hawn aktar apprezzament u investiment fil-facilitajiet sportivi ta’ l-iskejjel;
  • Twaqqaf l-Istitut ghall-Edukazzjoni Fizika u Sport fl-Universita’ ta’ Malta;
  • Qieghed jinghata aktar importanza l-programm sportiv fl-MCAST.

Dan hu settur li ser inkomplu narawh jkattar l-attivita’.

  • L-Istitut ghall-Edukazzjoni Fizika u Sport ghad irid jibda jwettaq hidmietu. |gur li se jkompli jibni fuq l-ewwel esperjenza tal-Fundamentals in Coaching sabiex fil-pajjiz ikollna struttura li tipprepara u takkredita coaches.
  • Naf li wiehed mill-istituti li l-MCAST –ser jiftah is-sena d-diehla ghandu pjanijiet sabiex iharreg fl-amministrazzjoni sportiva u amministrazzjoni ta’ facilitajiet.

Jehtieg li nergghu nezaminaw it-Talent Identification Programme. Huwa biss meta dan il-programm ikun fuq saqajh li nistghu nergghu nharsu lejn il-pjanijiet ghat-twaqqif ta’ skola specjalizzata ghall-isport.

Skemi ghat-tkattir tal-partecipazzjoni

Dejjem ghidna li l-ghan ewlieni ta’ dan il-Gvern huwa li jkattar il-partecipazzjoni fl-isport. Nemmen li din tista ssehh biss jekk:

  • Ikun hawn firxa ta’ facilitajiet li jaqdu dixxiplini sportivi differenti u jkunu vicin komunitajiet differenti;
  • Ikun hawn coaches imharrga sabiex ihajru u jizviluppaw il-potenzjal tat-tfal;
  • Ikun hawn programmi sabiex it-tfal ikunu mhajjra jibdew jipprattikaw xi sport;
  • Ikun hawn kultura li tapprezza l-hidma ta’ l-isportivi u tippromwovi l-isport bhala mezz pozittiv kif wiehed iqatta l-hin liberu tieghu.

Il-hidma li saret fil-qasam ta’ tishih fil-coaching u facilitajiet, zgur qieghda tghin fil-kisba ta’ rizultati tajbin. L-organizazzjoni ta’ tournaments f’Malta taghti vizibilita lill-isport u jigglorifika s-successi.

Ma dan hu mehtieg li wiehed jahdem ma’ individwi, bhal ma jsir fi Skolasport, fl-iSwimming Promotion Unit jew mal-Kunsilli Lokali bhal ma qed isir mill-Kumitat Sport for All, sabiex ikunu organizzati attivitajiet sportivi popolari li jhajru l-partecipazzjoni.

Frixna Skolasport f'dixxiplini bhal Ice Hockey, Go Karting u Tai Chi. Fl-ahhar gimghat tas-sena 2002 twaqqfet il-Fondazzjoni ghall-Ghaqdiet tal-Persuni b'Dizabilita. Fix-xhur li gejjin, nistennew aktar attivitajiet minn dan is-settur.

Il-Kunsill Malti ghall-iSport mistenni jibda jigbor statistika b'mod regolari. Dan ghandu jghin sabiex fis-snin li gejjin, l-iskemi ghat-tkabbir tal-partecipazzjoni jsiru b'mod aktar strategiku.

Ghajnuna lill-Organizazzjonijiet Sportivi

Ma kien ikollna l-ebda kultura jew wirt sportiv kieku f’Malta m’ghandniex l-infrastruttura ta’ xibka ta’ ghaqdiet sportivi f’dixxiplini differenti, f’livelli differenti immirati anke xi kultant lejn setturi partikolari - ghaqdiet sportivi li gejjin mid-dinja tax-xoghol u ghaqdiet sportivi ghall-persuni b’dizabilita’.

B’wicci minn quddiem nghid li ghinna u sostnejna din l-infrastruttura:

  • bil-facilitajiet li ghaddejna permezz ta' Rizoluzzjonijiet Parlamentari;
  • bi shubija fi programmi u attivitajiet;
  • bl-ghajnuna finanzjarja li ghaddejna 'l dan is-settur ghall-amministrazzjoni jew titjib ta' facilitajiet.

Nahseb li hawn kultura gdida ta’ investiment fil-facilitajiet. Kultura li tara dan l-investiment bhala mezz kif tiggenera dhul rikorrenti li jsostni l-istess hidma.

L-ghajnuna li ghaddejna lill-Assocazzjonijiet Nazzjonali tul dawn l-ahhar hames snin kien wiehed rekord. L-ghajnuna li ghaddejna ghall-amministrazzjoni direttament jew b'fondi mghoddija lill-KOM jammontaw ghal aktar minn Lm1.14 miljun. Sittin ghaqda rcevew madwar Lm700,000 sabiex itejjbu l-facilitajiet taghhom.

Din il-kultura issa hija wkoll imnaqqxa fil-ligi ghall-isport:

  • fejn jissemma l-obbligu tal-Gvern li jghin.
  • b’referenza diretta fl-ghan tal-iSport Fund bhala mezz sabiex ikunu sostnuti progetti ta’ tkabbir ta’ facilitajiet.

Din il-kultura ghandha tissahhah ukoll permezz tar-Registru tal-Ghaqdiet Sportivi li ser jitwaqqaf permezz tal-ligi gdida ghall-isport. Wahda mill-emendi li dahhalna fil-ligi tal-isport hija li l-KMS ghandu l-obbligu li darba fis-sena jlaqqa' Forum ta' Assocazzjonijiet Nazzjonali sabiex id-diskussjoni sservi bhala bazi ghall-istrategija tieghu.

Skemi ta' preparazzjoni ghall-eccellenza

Ghan ewlieni fil-kultura sportiva ta’ pajjiz huwali joghla l-livell fid-diversi dixxiplini. Minbarra spettaklu aqwa, dan igib mieghu unuri ghall-pajjiz f’kompetizzjonijiet internazzjonali u jservi bhala pubblicita’ ghall-partecipazzjoni akbar.
It-tahrig professjonali ta’ l-atleti jehtieg infieqdejjem akbar, jehtieg facilitajiet moderni u jehtieg harsien kontinwu tal-programm ta’ tahrig u preparazzjoni. Kien ghalhekk li flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti kienu mnedija diversi skemi sabiex l-atleti jkollhom ghajnuna finanzjarja u strutturi adekwati sabiex jimxu ‘l quddiem.
L-ghajnuna li nghata l-Kumitat Olimpiku Malti f’dawnl-ahhar tliet snin kienet diretta specifikatament ghall-preparazzjoni teknika. Ghajnuna li ser tlahhaq man-nofs miljun lira fi tliet snin. Ma’ dawn inghataw ghajnuniet diretti ghat-tahrig tal-aqwa atleti fil-fitness gym tal-Pixxina Nazzjonali. Saret nefqa kapitali ta’ madwar Lm100,000 sabiex tlesta l-functional diagnostic lab, sabiex isiru t-testijiet necessarji li jkejlu l-progress ta’ l-atleti.
L-ghajnuna li qieghda tinghata qed twassalghall-ingagg ta’ coaches nazzjonali, ghal aktar partecipazzjoni f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Ir-rizultati prestigjuzi miksuba mhumiex b’kumbinazzjoni. Il-quddiem irridu nkomplu nistudjaw kif ser insahhu l-process u naghmluh jibda minn aktar kmieni. Jehtieg naraw kif it-talent identification programme jibda verament jithaddem sabiex ikollna kanalizzar tajjeb ta’ talent.
Il-Loghob tal-Pajjizi z-|ghar huma appuntamentimportanti li ser ikun determinanti ghall-isport Malti. Ir-rizultati miksuba ghandhom jaghtu indikazzjoni jekk u kif ser inkomplu nizvillupaw dawn il-programmi. Jehtieg li jkollna diskussjoni kontinwa dwar din il-preparazzjoni. Il-gurnalisti sportivi ghandhom hafna x'jikkontribwixxu f'din id-diskussjoni.

Patterns ta’ nfieq

  • Il-politika ta’ infieq fl-isport tul dawn l-ahhar erba’ snin kienet imsejsa fuq il-principji ta’ razzjonalita' regolarita' u konsistenza;
  • ~dimna wkoll sabiex kemm jista jkun jizdied l-infieq fl-isport. Fin-nefqa kapitali kellna rekord ta’ infieq ta’ erba’ miljun lira f’hames snin fi progetti kapitali xprunati direttament mill-Gvern. Rajna tidhol fis-sehh ukoll, il-prattika li l-fondi dovuti ghall-isport mill-lotteriji jghaddu mill-ewwel.

Tabella 1 - Fondi ghall-Progetti Kapitali

L-ghajnuna diretta lill-Assocjazzjonijiet nazzjonali qieghda wkoll tkun regolari u konsistenti. Spicca z-zmien li l-ammont li tinghata xi ghaqda jkun jiddependi fuq xi decizjoni ad hoc. Iddahhlet relattivita bejn l-ghajnuniet li jiehdu l-ghaqdiet skond il-kobor tal-attivita fl-istess organizzazzjoni. Din il-konsistenza u regolarita’ qieghda twassal sabiex l-Assocazzjonijiet Nazzjonali jippjanaw ahjar l-attivitajiet taghhom.

Tabella 2 - Fondi ghall-Preparazzjoni ta' l-Atleti

Prattika ohra li ddahhlet hija l-ghajnuna li nghatat ghall-titjib fil-facilitajiet. Nafu li l-process ta’ ghoti ta’ facilitajiet wahdu mhux ser igib l-investiment mixtieq. Jehtieg ikun hemm dik l-ghajnuna tal-Gvern bhala incentiv. Stabbilejna nefqiet regolari ohra:

Tabella 3

Skolasport Lm30,000 fis-senaSkolasajf Lm6,000 fis-sena Adventure 2000 Lm4,000 fis-sena Swimming Promotion Unit Lm10,000 fis-sena Sport for All Lm10,000 fis-sena
Qeghdin naghmlu statement car u tond fuq dawnil-patterns ta’ nfieq, ghax nemmen li jekk immorru lura, jekk innehhu r-regolarita' ta' l-iffinanzjar lill-Assocazzjonijiet, jekk inzarmaw xi wiehed mill-programmi ghat-tkattir tal-partecipazzjoni, jekk ma nkomplux nghinu fit-titjib ta' facilitajiet, l-isport imur lura.
Il-Kunsill Malti ghall-Isport sejjer ikun il-korp lijippjana u jqassam l-infieq tal-Gvern. Ghandu l-obbligu li jistabbilixxi kriterji cari. Hemm ukoll process ghall-appelli minn decizjonijiet mehuda dwar tqassim ta’ fondi. L-istrutturi li tohloq il-ligi ghandhom jghinu lil min se jkun serju u jhares 'il quddiem, isib l-ghajnuna u l-appogg necessarju.

Kumplessi Sportivi

Pajjiz modern li jaghti lill-isport l-importanza lijixraqlu, jehtieg li jkollu firxa ta’ facilitajiet li jaqdu l-htigijiet ta’ dixxiplini sportivi differenti u ta’ komunitajiet differenti. F’Malta ghandna kumplessi Nazzjonali bhal Ta’ Qali, Marsa jew fl-Universita. Ghandna zewg lokalitajiet fejn ghandhom gabra ta’ facilitajiet bhal Korradino u Pembroke. Ghandna wkoll numru tajjeb ta’ facilitajiet lokali, ta’ klabbs jew skejjel. F’dawn l-ahhar snin inhasset il-htiega f’din il-kullana ta’ facilitajiet li jkollna wkoll kumplessi sportivi regjonali li jkunu qrib tan-nies, tal-iskejjel u tal-ghaqdiet lokali.
Il-weghda qabel l-elezzjoni kienet li jinbnew tlietfacilitajiet sportivi fuq bazi regjonali fuq il-mudell ta’ Ghawdex. Id-decizjoni tal-Kabinett kienet li ma’ dawn it-tliet kumplessi jkompli l-investiment f’facilitajiet nazzjonali.
Il-programm taghna huwa maghruf - Bdejna bil-kumplesssportiv tal-Kottonera. Dan illum wasal f’fazi avvanzata u mistenni jkun miftuh madwar xahar u nofs iehor. Kumpless li se jqum Lm12.2 miljuni. Fil-granet li gejjin ser nahtru l-Kumitat tat-Tmexxija u nohorgu sejha ghal Facility Manager. Ircevejna interess ghat-thaddim tal-koncessjonijiet. Nafu li hemm interess enormi minn skejjel u ghaqdiet tal-madwar sabiex jibdew jaghmlu uzu minnu. Numru ta' ghaqdiet se jkollhom il-bazi taghhom fih.
Is-sena l-ohra temmejna x-xoghol fuq is-Sala Multipurposetal-Universita’ - progett li kien ilu wieqaf 10 snin. In-nefqa fuq dan il-progett kienet ta’ Lm600,000. Din il-facilita diga ospitat tliet kompetizzjonijiet internazzjonali u qieghda tospita zewg leagues nazzjonali.

Bhalissa ghaddej xoghol fuq il-kumpless tal-Marsa. Ix-xoghol li sar jew qed isir:

  • resurfacing tat-track ta’ l-atletika;
  • bini ta' carpark, substation u facilitajiet ohra;
  • bini ta' trim trail;
  • floodlighting tal-korsa taz-zwiemel;
  • bini ta' entratura ghall-korsa taz-zwiemel.

Il-programm taghna ghall-facilitajiet sportivi ma jieqafx hawn. Qeghdin nahdmu sabiex nistabilixxu kif u fejn il-pajjiz jista jkollu facilita' ewlenija ghall-motor sport.

Ghandna l-pjanti u d-dokumenti tat-tender tal-kumpless tal-Karwija lesti. Dan mistenni jinbeda fl-2004.

Fl-istess sena mistenni jkompli x-xoghol fil-Marsa sabiex jitlestew ufficini ghall-Kunsill Malti ghall-Isport u titlesta sala ghall-isport indoor.

Aktar tard din is-sena nisperaw li jinbeda x-xoghol tax-Schreiber jew Pace Grasso li ser jinkludi facilitajiet sportivi ta’ l-ghola livell.

Strutturi ta’ Amministrazzjoni

Weghda ohra li kellna qabel l-elezzjoni kienet li naghmlu ligi li ssahhah l-isport Malti. Wara li f’Awwissu tas-sena 2001 konna nedejna White Paper, f’Lulju ta’ din is-sena kienet bdiet id-diskussjoni fil-Parlament u f’Novembru ta’ din is-sena ghaddiet mill-istadji kollha tal-Parlament.

F’dawn l-ahhar gimghat saru diversi laqghat dwar il-budgeting, l-istruttura u anke strategija ghall-Kunsill Malti ghall-Isport. Nisperaw li sal-gimgha d-diehla jkollna l-ewwel board ta’ diretturi appuntati.

Il-Kunsill Malti ghall-Isport sejjer jaghmel il-hidma tal-Gvern fl-isport aktar strategika:

  • Jimpjega nies b’aktar hiliet mehtiega;
  • Jistabbilixxi politika komuni ghat-tregija ta’ facilitajiet;
  • Jaghmel uzu ahjar mir-rizorsi umani ezistenti;
  • Jibda process ta’ registrazzjoni ta’ korpi involuti fl-isport;
  • Jidhol sabiex jirrizolvi konflitti;
  • Ifassal strategija ghall-hidma tal-Gvern fl-isport;
  • Jahdem mill-qrib mal-assocjazzjonijiet u l-ghaqdiet.

Il-ligi tipprovdi l-qafas fejn jistghu jsiru avvizi legali. Is-sena li ghaddiet, Malta iffirmat il-protokoll addizzjonali tal-antidoping u bdiet thallas is-shubija taghha tal-WADA. Wahda mill-ewwel hidmiet li nistenna l-KMS jibda huwa t-tfassil ta' regolamenti dwar l-antidoping u twaqqif ta' antidoping programme.

Il-Kunsill Malti ghall-Isport mhuwiex l-uniku struttura gdida. Konvinti li naslu ma l-Universita’ fit-twaqqif tal-Kumpanija ghat-tmexxija tal-pixxina u kif ukoll twaqqaf l-Istitut ghall-Edukazzjoni Fizika u Sport, li ghandu jistabbilixxi struttura permanenti ghat-tahrig u akkreditar ta' coaches. Il-Kunsill Malti ghall-iSport, imwaqqaf skond il-ligi l-gdida, ghandu jaghmel il-hidma tal-Gvern fl-isport aktar effettiva, trasparenti u strategika.

Konkluzjoni

Dan hu l-wirt li tajna 'l dan il-pajjiz. Mhuwiex wirt ta' kulur wiehed, imma wirt li jvarja minn programmi edukattivi ghall-programmi tal-bini ta’ facilitajiet. Wirt li mhux statiku imma jipprovdi ghal kif ghandu jkompli jsir l-investiment fil-gejjieni.

L-iSport mexa 'l quddiem tul dawn l-ahhar erba' snin. Bil-hidma u l-impenn tal-hafna. Il-futur jawgura tajjeb. Li jkollna r-rizultati li nixtiequ f'dan is-settur. Li l-pajjiz igawdi mill-hafna gid lil-iSport igib mieghu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow