HATRA TAL-BORD TAD-DIRETTURI Fl-ISPTAR MONTE CARMELI
Il-Ministeru tas-Saħħa, bħalissa hu impenjat fuq riforma sħiħa fil-qasam tas-Saħħa li għandha tbiddel kompletament ir-rwol tad-Diviżjoni tas-Saħħa. L-amministrazzjoni ċentrali tad-Diviżjoni tas-Saħħa għandha tieħu r-rwol ta’ regolatur, billi tiffoka fuq tfassil ta’ policies u prioritajiet, tieħu funzjonijiet ta’ superviżjoni u evalwazzjoni, filwaqt li titlaq minn idejha ix-xogħol li tipprovdi servizzi diretti. Is-servizzi diretti għandhom jingħataw minn aġenziji li jaqgħu taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Il-pjani tal-Gvern dwar l-awtonomija fl-isptarijiet jinsabu fi stadju avvanzat u issa kien imiss li jinħatar il-bord tad-diretturi ta’ l-isptar Monte Carmeli. Il-gvern għazel li jkollu taħlita ta’ nies li ġejjin minn oqsma differenti b’esperjenzi fil-kamp soċjali, mediku u maniġerjali. F’dan il-bord se jkun hemm ukoll rappreżentanza tal-pazjenti.
Il-bord hu kompost minn:
Chairman - Is-Sur Renè Formosa
Membri - Is-Sur Louis Bonnici
It-Tabiba Sandra Buttigieg
Is-Sinjura Lilian Caruana Colombo
Is-Sur George Lewis
Biex jilħaq id-diversi għanijiet il-bord irid jiżgura li l-ħtiġijiet mediċi u mentali tal-pazjenti jingħataw l-akbar importanza u li s-servizzi mogħtija jkunu jaqblu mal-policies tas-saħħa tal-Gvern. It-twaqqif tal-Bord tad-Diretturi mhux ser ikollu l-ebda impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati ta’ l-isptar Monte Carmeli.
Il-gvern jemmen bis-sħiħ li d-devoluzzjoni tar-responsabiltà fit-tmexxija ta’ l-isptar għandha ġġib titjib fis-servizz kemm għall-pazjenti u qrabathom, kura aħjar għall-pazjenti kif ukoll użu aħjar tar-riżorsi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934