STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI: "DR. ALFRED SANT MAQTUGH MID-DINJA TAZ-ZGHAZAGH"
Il-bierah l-Erbgha, 19 ta’ Marzu, il-Kap tal-Oppozizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant flimkien mal-kelliem tal-Oppozizzjoni dwar iz-Zghazagh, l-Onor. Carmelo Abela, ghamlu Konferenza ta’ l-Ahbarijiet dwar il-hidma ta’ din l-amministrazzjoni u l-politika ghall-futur tal-Partit Laburista dwar iz-zghazagh.
F’wahda mit-twegibiet li ta waqt din il-konferenza, il-Kap tal-Oppozizzjoni wera li la fehem l-operat tas-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, u lanqas jifhem il-kultura dwar kif issir hidma fost iz-zghazagh. Issemmew hafna drabi "hidma b’sinergija mal-forzi kreattivi", minghajr ma qatt irrefera ghal xi wahda mill-hafna ghaqdiet li jahdmu f’dan il-qasam u li tul dawn l-erba’ snin kienu l-imsiehba tal-Gvern fit-twettiq ta’ hidma ghal tishih tal-ghaqdiet taz-zghazagh, ghat-tkattir tal-partecipazzjoni fl-oqsma kollha u ghall-bini ta’ kultura ghall-impenn.
Il-konferenza tal-ahbarjiet tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, meta wiehed jislet l-iktar haga li timpressjona, huma dawk l-affarijiet li ma ssemmewx. Fil-fatt, ma ssemma xejn dwar il-hidma mnedija dwar il-partecipazzjoni fi programmi tal-U.E. u ma ntqal xejn jekk Gvern Laburista futur jibqax jippartecipa fil-programmi kollha bl-istess mod.
L-inqas ma semma xejn dwar il-programm ta’ investiment wiesgha ta’ facilitajiet sportivi u rikreattivi li nieda dan il-Gvern, b’investiment totali ta’ Lm 4 miljun u l-Gvern futur Nazzjonalista se jkun impenjat li jkompli.
Ma semma xejn dwar kif se jkompli jibni u jkabbar l-Universita u l-MCAST. Ghal darb’ohra qabel elezzjoni, l-Onor. Dr. Sant wieghed li jzomm l-istipendji tal-istudenti universitarji bil-mod kif inhuma llum. Ta’ min jinnota li din il-weghda l-Onor. Dr. Alfred Sant kien diga’ ghamilha qabel l-elezzjoni tal-1996, u mbaghad wara ma zammiex.
Jekk kien hemm Gvern fejn iz-zghazagh kienu verament protagonisti – kif qal li jixtieqhom il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, kienet din il-legislatura. Il-hidma li saret fl-edukazzjoni fil-fatt kienet mifruxa fuq il-livelli kollha:
- il-Kurrikulu Minimu nazzjonali li jmiss l-iskejjel kollha,
- l-edukazzjoni teknologika fl-area secondaries,
- il-bidliet enormi li saru fil-qasam vokazzjonali,
- it-tkabbir fl-Universita u
- l-partecipazzjoni dejjem tikber fil-programmi tal-U.E.
L-Onor. Dr. Alfred Sant donnu ghadu ma fehemx jew ma jridx jifhem il-hsieb dwar l-edukazzjoni vokazzjonali u jibqa jitkellem b’mod vag fuq employability u preparazzjoni taz-zghazagh ghad-dinja tax-xoghol.
Il-Gvern prezenti waqqaf l-MCAST bhala struttura edukattiva flessibli fejn zghazagh li mhux bil-fors ikollhom hafna kwalifiki ghandhom mezz kif jiksbu tahrig relevanti ghad-dinja tax-xoghol, flimkien ma hiliet ohra li jghinuhom aktar ‘il quddiem f’hajjithom, jekk id-dinja tax-xoghol tinbidel. L-MCAST huwa miftuh ukoll ghall-haddiema li jridu jakkwistaw certifikazzjoni sabiex inaqqsu l-vulnerabilita’ taghhom fis-suq tax-xoghol.
Dr. Alfred Sant ma semma xejn dwar il-hidma wiesgha li saret fil-qasam tal-isport, fejn minbarra li wettaq il-programm li fassal ghalih, hadem id f’id b’sinergija ma’ l-assocazzjonijiet nazzjonali kollha u ma hafna ghaqdiet. Fil-fatt din l-amministrazzjoni, bejn l-1999 u din is-sena, se tkun ghenet b’ghotjiet diretti ta’ Lm1.3 miljun lil dawn l-ghaqdiet.
L-istess Gvern ghen sabiex 55 facilita’ jew jinbnew mill-gdid jew jitkabbru jew ikunu rrangati. Din l-amministrazzjoni tat ukoll titlu lil 75 ghaqda sportiva jew taz-zghazagh. Dan il-Gvern wettaq hidma enormi ma’ l-ghaqdiet taz-zghazagh li huma l-iktar mod efficjenti kif nistghu naslu ghaz-zghazagh b’mod individwali. Fil-fatt kienu zviluppati progetti mal-Kummissjoni Djocesana Zghazagh (KDZ), Young Enterprise Malta, Millenium Chapel, ecc.
Wahda mill-aktar hidmiet li tat frott kienet l-introduzzjoni tal-programmi Ewropej. Din il-partecipazzoni hija l-iktar mod efficjenti kif nippreparaw liz-zghazagh taghna ghad-dinja ta’ ghada ghax jitghallmu jippjanaw progetti, jikkordinaw ma msiehba barranin u jkunu accountable ghall-flus mghoddija lilhom.
Il-hsieb kollu wara l-investiment fl-isport, l-ghajnuna lill-ghaqdiet u t-twaqqif ta’ programmi kien li jinholqu opportunijiet alternattivi ghad-divertiment u r-rikreazzjoni. Bit-tishih ta’ dawn l-oqsma se jkollna generazzjonijet aktar impennjati aktar b’sahhithom, aktar jafu kif juzaw il-hin liberu taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934