Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI: GVERN NAZZJONALISTA L-AQWA GARANZIJA TA’ XOGHOL U IMPENN FAVUR PERSUNI B’DIZABILITA’ Release No. 363 - A

pr362
Date Icon 18/03/2003

Ix-xoghol

"Matul dawn l-erba’ snin u nofs Gvern Nazzjonalista zied in-numru ta’ dawk li jahdmu bi qliegh b’4,000 persuna u dan f’ekonomija li kienet u ghadha ghaddejja minn ristrutturar u tigdid. F’dan ix-xenarju kollu, il-qghad xorta ghadu kkontrollat ghalkemm irridu nkomplu nistinkaw biex jinholoq aktar xoghol u jonqos il-qghad, anki permezz tal-gid li jista’ jinholoq bi shubija fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess waqt qatt daqs f’din il-legislatura ma’ twettqu inizjattivi favur il-persuni b’dizabilità."

Hekk qal il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali meta indirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet b’reazzjoni ghall-istqarrijiet tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u l-kelliema kongunti dwar l-affarijiet socjali, l-Onorevoli Karl Chircop u Marie Louise Coleiro.

Il-Ministru Gonzi qal li matul din il-legislatura gew imharrga aktar minn 15,000 ruh u saru aktar minn 10,700 placement ghax-xoghol mill-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig. Dan flimkien ma’ investiment ta’ Miljun lira fis-sena specifikament ghall-holqien ta’ skemi kemm ghal dawk li hergin mill-edukazzjoni formali, kif wkoll ghal dawk li qed jaffaccjaw diffikultajiet sabiex jiksbu u jzommu mpjieg.

"Hija ipokrezija minn naha ta’ l-Oppozizzjoni li twieghed li ser taghmel affarijiet li digà twettqu – bhalma hija l-iskema ta’ tahrig ghal dawk ta’ ’l fuq minn 40 sena, u skema ghaz-zghazagh. Dan kollu digà gie mwettaq u l-Oppozizzjoni qieghda twieghed li ser taghmlu. Dan juri kemm l-Oppozizzjoni ghadha mhix lesta li tiggverna ghaliex hija nieqsa mill-idejat u inizjattivi".

"Kuntrarju ghall-paroli u d-duhhan li jispeccjalizza fih Dr. Alfred Sant, dan il-Gvern gab rivoluzzjoni fil-kundizzjonijiet tax-xoghol li l-ebda Gvern Laburista ma rnexxielu jaghmel f’dawn l-ahhar hamsin sena. Dan kollu sar bil-kunsens tal-partijiet socjali u Dr. Sant ghadu mhux qed jispecifika x’ser jaghmel imma qed jesprimi biss xewqat!"

Il-haddiema Maltin u Ghawdxin illum mhux biss qed igawdu minn pagi ahjar, imma wkoll minn kundizzjonijiet tax-xoghol ahjar, l-aktar in-nisa. Matul l-ghoxrin xahar ta’ bejn Dicembru 2000 u Settembru 2002 huwa stmat li l-paga tal-haddiema Maltin zdiedet b’medja ta’ Lm8 liri fil-gimgha. Kien hemm zieda ta’ 11% fin-nisa li qed jahdmu bi qliegh. Il-qasam tal-kostruzzjoni ra’ zieda ta’ aktar minn 700 impjieg filwaqt li l-qasam tas-servizzi zdied b’5,500-il impjieg.

Il-Ministru Gonzi semma bhala gidba c-cifri li semma l-Onorevoli Karl Chircop meta tkellem dwar il-qghad fost iz-zghazagh. "Ghall-kuntrarju, illum hemm 157 zghazagh anqas jirrigistraw milli kien hemm fl-1997."

Dr. Sant qed ikompli jinganna meta jghid li nholqu l-awtoritajiet u intesa l-infurzar. Matul dawn l-ahhar erba snin gew irduppjati n-numru ta’ spetturi kemm fid-Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg kif wkoll dawk ta’ l-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-post tax-xoghol. Gew milqugha aktar minn 100,000 ilment mid-Dipartiment u saru ’l fuq minn 3,000 seduta gewwa l-qrati.


Il-Persuni b’Dizabilità

B’riferenza ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet li nghatat dalghodu dwar il-politika tal-Partit Laburista dwar il-persuni b’dizabilità, il-Vici Prim Ministru filwaqt li nnota li hemm qbil dwar il-politika tal-paritit f’dan is-settur, qal li jidher bic-car li l-Partit Laburista tqanzah biex jikkritika x-xoghol tal-Gvern f’dan is-settur. Il-Ministru Gonzi fakkar li matul dawn l-erba’ snin u nofs, il-Gvern mhux biss ta’ vuci lill-persuni b’dizabilità permezz tal-Ligi dwar l-Opportunitajiet Indaqs imma zied wkoll b’mod konkret il-finanzjament ghas-settur.

"Il-pjan li ghandu l-Partit Laburista huwa pjan li digà gie imwettaq minn dan il-Gvern. Fil-qasam ta’ l-edukazzjoni permezz tal-kurrikulu minimu nazzjonali, il-persuni b’dizabilità ghandhom l-istess opportunitajiet daqs l-ohrajn. Infethu zewg resource centres ghall-persuni b’dizabilità gol-Kottonera u Pembroke. Fil-qasam ta’ l-impjiegi l-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig tefghet l-impenn taghha u matul dawn l-ahhar ghoxrin xahar sabet xoghol lil 47-il persuni b’dizabilità, harrget 48 ohra u offriet 22 opportunità fuq skemi ta’ xoghol ghall-persuni b’dizabilità.

L-istess jista’ jinghad ghas-servizzi residenzjali. Dan il-Gvern waqqaf l-Agenzija SAPPORT specifikament ghal dan il-ghan. Matul din is-sena biss, il-Gvern ha jkun investa aktar minn Lm100,000 f’servizzi residenzjali. Infethet ir-Residenza Vajrita, gew miftuha zewg residenzi fil-komunità gewwa l-Fgura u Hal-Kirkop, u dalwaqt jinfetah is-servizz residenzjali ta’ l-iMtarfa."

Huwa ghalhekk li Gvern Nazzjonalista digà wettaq dan il-pjan fuq ghaxar snin li l-Partit Laburista qed iwieghed li ser jaghmel. Il-Ministru Gonzi madankollu rribatta bhala antikwata u bla sens il-proposta li parti mill-isptar San Luqa jigi konvertit gewwa facilità residenzjali ghaliex din tmur kontra kull principju ta’ inkluzjoni socjali fil-komunità.

Il-Ministru Gonzi temm il-konferenza ta’ l-ahbarijiet billi qal li l-Partit Laburista huwa nieqes mill-inizjattivi u idejat. Huwa biss Gvern Nazzjonalista li ghandu track record fil-qasam tal-holqien ta’ l-impjiegi u f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ impenn konkret favur il-persuni b’dizabilità ’l boghod mill-kliem fieragh.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow