MALTA U L-ITALJA ILLUM IFFIRMAW IL-FTEHIM DWAR IT-TRASPORT FUQ L-ART TA` PERSUNI U TAL-MERKANZIJA
Malta u l-Italja illum iffirmaw il-ftehim dwar it-Trasport fuq l-Art ta` persuni u tal-Merkanzija. Il-Ftehim ser jirregola t-trasport ta` passiġġieri u merkanzija bejn iż-żewg pajjiżi, u jelenka r-regoli għall-operaturi Maltin u Taljani f’dan il-qasam. Il-Ftehim jistabilixxi wkoll Kummissjoni Italo-Maltija li tittratta, fost affarijiet oħra, problemi iffaċċjati mill-operaturi f’dan is-settur.
Il-Ftehim ġie ffirmat mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Italja, Edward Melillo, f’isem il-Gvern Malti, u d-Direttur Ġenerali għall-Ewropa fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Taljan, l-Ambaxxatur Paolo Pucci de Benisichi, waqt laqgħa fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Taljan f’Ruma.
Dan huwa l-ħames Ftehim fi tliet xhur li qed jiġi konkluż bejn iż-żewg pajjiżi, u jsegwi dawk iffirmati dwar il-Protezzjoni ta’ l-Investimenti, il-Ħames Protokoll Finanzjarju, dak dwar il-Pattuljament Konġunt, kif ukoll il-Ftehim dwar Assistenza mill-Italja qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, sinjal ċar ta’ kooperazzjoni intensa bejn iż-żewg pajjiżi.
Waqt il-laqgħa, l-Ambaxxatur Melillo kkonferma r-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewg pajjiżi, u awgura li dan il-ftehim jgħin sabiex ikompli jitkattar il-kummerċ bejn Malta u l-Italja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934