Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. CENSU GALEA, MINISTRU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI WAQT L-INAGURAZZJONI TAL-FIERA TAL-KAROZZI – NAXXAR - 18 TA’ MARZU 2003

pr356
Date Icon 18/03/2003

Sinjuri

Huwa ta’ pjaðir æalija li ghal darb’ohra gejt mistieden ninawgura din il-Fiera tal-Karozzi, fiera popolari hafna, u li s-sena l-ohra zaruha aktar minn erba’ u ghoxrin elf persuna. Æalhekk nixtieq nirringrazzja lill-organizzaturi li æoíobhom jistiednuni biex niftaó din il-fiera.

Din is-sena qed jiehdu sehem tmienja u tletin (38) esibitur, li fosthom hemm importaturi tal-karozzi, kif ukoll esibituri ta’ accesorji, kif ukoll servizzi bhal assikurazjoni u ‘break down service’, li huma relatati ma’ din l-industrija Jien nfurmat ukoll li f’din il-fiera, li hija mifruxa fuq medda ta’ hamest elef metru kwadru ser jigu ntrodotti ghall-ewwel darba fis-suq hames mudelli godda ta’ karozzi.

Kif nafu sew, in-numru ta’ vetturi li hawn f’Malta huwa kbir ferm. Sa l-ahhar tas-sena l-ohra, n-numru ta’ vetturi registrati kien ta’ 261,329 li minnhom aktar min 195,000 jaqghu taht il-karegorija ta’ vetturi privati Dan ifisser li kien hemm zieda ta’ ftit aktar min 7,000 vettura fuq is-sena l-ohra.

Filwaqt li numru kbir ta’ karozzi huwa fattur li jezisti f’kull pajjiz zviluppat, irridu naghmlu dak kollu possibli biex nizguraw li dan in-numru kbir ta’ karozzi fit-toroq Maltin ma jkollux effett hazin fuq sigurta’, s-sahha tal-bniedem u l-ambjent.

Biex inzidu s-sigurta’ fit toroq u nibzghu ghall-ambjent hemm bzonn ukoll li nizguraw li l-vetturi licenzjati jinzammu f’kundizzjoni tajba. B’dan il-ghan, it-testijiet tal-VRT gew estizi ghal kull difett tal-vettura, li jista jkun ta’ periklu jew xkiel ghas-sewwieqa, u ghalhekk bdew jigu nfurzati t-testijiet fuq tyres mikulin, windscreen wipers u l-horn. Bl-ghan li niehdu hsieb l-ambjent ta’ madwarna, il-VRT gie estiz ukoll fuq il-livelli tal-hsejjes tal-magna u d-duhhan.

L-impenn ta’ dan il-gvern fil-qasam tat-trasport huwa ukoll evidenti fl-investiment li ghamel biex isahhah l-infrastruttura tat-toroq. Ta’ min jghid li minbarra n-numru kbir ta’ toroq li qed isiru bhalissa, l-enfasi hija ukoll fuq il-kwalita’ u s-sigurta’, kemm ghas-sewwieq kif ukoll ghall-pedestrian. It-toroq issa qed jinbnew mill-gdid b’pedamenti u bazi soda; b’hekk il-gvern qed jassigura wkoll li n-nefqa li ssir fit-toroq isservi fit-tul.

Wara li kien sar studju fid-dettal dwar prioritajiet fit-Tiswija tat-Toroq fil-bidu ta’ din il-legislatura, issa tlestew jew qeghdin fil-fazi finali ta’ tlestija, diversi progetti kbar. Numru minn dawn it-toroq, specjalment dawk arterjali, qeghdin isiru fuq kuncett gdid fejn il-kuntratturi huma responsabbli kemm mid-disinn kif ukoll mill-kostruzzjoni. Il-Kuntratturi qed jizammu wkoll responsabbli ghal hames snin mill-manutenzjoni ta’ dawn it-toroq. Toroq arterjali u junctions li diga’ tlestew jew qeghdin fi stadju avvanzat, jinkludu t-triq ta’ Burmarrad , in-network il-gdid hdejn l-isptar Mater Dei, Mosta Ring Road, Mtarfa Northbound Carraigeway, Triq Psaila – B’Kara, Triq Hompesch – Fgura u San Gwann u t-toroq ta’ Hal Far, Mdina Road f’Hal Qormi.

Intant, filwaqt li tul l-ahhar erba snin u nofs tlestew aktar minn erba’ mitt triq lokali, il-gvern fassal pjan biex dawk it-toroq residenzjali li ghad iridu jsiru jitlestew fis-snin li gejjin.

Nikkonkludi billi nawgura success fl-attendenza ta’ din il-Fiera, u iktar w iktar success fil-bejgh mill-esibituri.

Fl-ahharnett niddikjara din il-fiera miftuha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow