Left arrow Go Back

TRASFERIMENT TA’ IKTAR XOGĦOL LEJN GĦAWDEX

pr352
Date Icon 18/03/2003

Il-Gvern preżenti qiegħed ikompli bir-reviżjoni estensiva tas-servizzi, tax-xogħol amministrattiv u dak hekk imsejjaħ back-office work. Dan qiegħed isir b’inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex bil-ħsieb li jiġu identifikati aktar sezzjonijiet fejn ix-xogħol relatat magħhom jista’ jinħadem minn Għawdex.

Il-Ministeru għal Għawdex, kellu, bħala waħda mill-miri tiegħu, dan l-eżerċizzju ta’ trasferiment ta’ iktar xogħol klerikali minn Malta għal Għawdex. B’hekk jinħolqu iktar opportunitajiet ta’ xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess.

Matul dawn l-aħħar snin il-Gvern ittrasferixxa 39 ħaddiem, impjegati tas-settur pubbliku, minn Malta għal Għawdex sabiex iwettqu xogħol konness mas-Servizzi Socjali u mas-Salarji ta’ l-Edukazzjoni. Matul dawn l-aħħar jiem sar it-trasferiment ta’ 9 ħaddiema oħra sabiex iwettqu xogħol konness mas-Salarji tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura. B’hekk is-salarji ta’ madwar 5000 ħaddiem ta’ din id-Diviżjoni ser jibdew jinħarġu minn din is-sezzjoni f’Għawdex minn dan ix-xahar.

Sabiex seta’ jsir dan it-trasferiment, il-ħaddiema ngħataw taħriġ b’konnesjoni max-xogħol il-ġdid tagħhom, filwaqt illi ġiet imwaqqfa l-infrastruttura meħtieġa f’Għawdex. L-ufficcju l-ġdid tas-Salarji tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet jinsab fiċ-Ċentru Amministrattiv, Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow