Left arrow Mur Lura

IL-HIDMA U L-IMPENN TAL-GVERN PREZENTI FIL-QASAM AMBJENTALI

pr347
Date Icon 17/03/2003

Matul l-aħħar erba’ snin, twaqqgħu 350 binja llegali, tneħħew 24 scrapyard illegali u tnehhew eluf ta’ tunnellatti ta’ terrapien, bħala parti minn kampanja ta’ tindif u ta’ infurzar tal-liġijiet ambjentali.

Din l-informazzjoni ngħatat f’konferenza ta’ l-aħbarjiet mill-Ministru tal-Intern u l-Ambjent, l-Onor. Dr. Tonio Borg, u mis-Segretarju Parlamentari fl-istess MInisteru, l-Onor. Perit George Pullicino. Il-konferenza saret fil-Wied ta’ l-Imsida u bħala sfond kellha x-xogħlijiet ta’ landscaping li qed isir mill-Gvern, bi sħab mal-konsorzju Environmental Landscapes Consortium Ltd.

Il-kelliema qalu li l-impenn tal-Gvern fil-qasam ambjentali jista’ jitkejjel bil-fatti u mhux bil-kliem fieragħ, bħalma jagħmel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant.

Matul il-konferenza, ingħataw dettalji dwar il-hidma li wettaq b’suċċess il-Gvern f’dan il-qasam fl-ahhar erba’ snin.

  1. Intlaħaq l-aktar livell baxx, f’dawn l-aħħar ħdax -il sena, ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li qed jistennew deċiżjoni;
  2. Fl-aħħar erba’ snin sar l-akbar numru ta’ twaqqiegħ ta’ bini llegali bħala parti minn politika li adotta l-Gvern f’dan ir-rigward;
  3. Kulħadd ingħata d-dritt għall-aċċess tal-informazzjoni billi l-proċess tal-applikazzjonijiet għall-permessi ta’ żvilupp infetaħ beraħ għall-parteċipazzjoni pubblika;
  4. Permezz ta’ l-internet, illum tista’ tara informazzjoni dwar proposti ta’ żvilupp mill-kumdità ta’ darek, fejn qabel wieħed kellu jistenna fil-kju biex jikseb din l-informazzjoni;
  5. Tbiddlu għadd ta’ policies biex żviluppi żgħar ma jkollhomx aktar bżonn ta’ applikazzjoni għal żvilupp;
  6. Bdew jinħarġu ordnijiet ta’ konservazzjoni urbana fuq propjeta’ privata;
  7. Beda l-programm ta’ EkoSkola li permezz tiegħu numru ta’ skejjel qed jimplimentaw sistemi ta’ mmaniġġjar ambjentali;
  8. Tfassal pjan nazzjonali għall-monitoraġġ tal-kwalita’ tal-arja, u qed isir l-akbar investiment li qatt sar f’dan il-monitoraġġ;
  9. Il-Gvern qed jagħti inċentivi biex jinxtraw vetturi li jaħdmu bl-elettriku;
  10. Inċentivi oħra li qed jagħti l-Gvern huma mmirati biex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw propjetajiet li jinsabu vojta. L-ewwel lokalitajiet li qed igawdu minn dawn l-inċentivi huma l-Kottonera, il-Belt Valletta u l-Floriana.

Il-kelliema qalu li kien dan il-Gvern li pproteġa ħdax-il tomna art mill-Wied tal-Kalkara, milli jiġu żviluppati. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-passivita’ li wera’ l-Gvern Laburista precedenti, li waqt laqgħat biex jitfassal il-pjan lokali għall-inħawi tal-Port il-Kbir, l-ebda ministru tal-istess Gvern Laburista ma lissen ebda kelma favur il-protezzjoni tal-Wied. Kellu jkun Gvern Nazzjonalista biex jipproteġi l-Wied tal-Kalkara.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow