ELEZZJONI ĠENERALI 2003 - ARRANĠAMENTI GĦALL-MALTIN IMSEFRIN
Qed isiru arranġamenti biex il-Maltin li jinsabu barra mill-pajjiż, ikunu jistgħu jiġu lura Malta biex jivvotaw fl-Elezzjoni Ġenerali li se ssir is-Sibt, 12 ta' April 2003.
L-Air Malta plc ser tipprovdi biljett bir-ritorn għal Lm15, eskluż it-taxxi, għal dawk il-persuni ta' nazzjonalità Maltija li huma eliġibbli li jivvotaw fl-Elezzjoni Ġenerali. Reservations fuq titjiriet skedati ta' l-Air Malta jistgħu jsiru mill-outstations u l-General Sales Agents tal-kumpanija barra minn Maltaġ jew lokalment mis-sales offices ta' l-Air Malta, il-Belt Valletta, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kif ukoll Għawdexġ jew minn fuq it-telefon Nru 21662211.
Dawn l-arranġamenti ser ikunu validi bejn nhar l-Erbgħa, 9 ta' April 2003 u t-Tnejn, 14 ta' April 2003, iż-żewġ dati nklużi, u japplikaw għal:
1.Individwi ta' nazzjonalità Maltija, li jinkludu dawk li huma miżżewġa ma' barranin, dawk li qed jaħdmu barra kif ukoll dawk li qed jieħdu trattament mediku barra mill-pajjiż;
2.Studenti ta' nazzjonalità Maltija, li jinkludu dawk miżżewġin barranin, li qed jistudjaw barraġ u
3. Dipendenti tal-persuni fuq imsemmija f'(1) u (2).
Din id-direttiva tapplika għal dawk il-votanti li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali.
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934