Left arrow Mur Lura

Proġetti għall-iżvilupp tal-faċilitajiet f’Ta’ Qali

PR34
Date Icon 10/01/2003

Meta kien qed jinawgura l-proġett ‘Plant your family tree’ fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal li l-Ministeru tiegħu kien mhux biss responsabbli għall-parks nazzjonali u reġjonali, iżda anke għall-afforestazzjoni.

Francis Zammit Dimech qal li filwaqt li kien qed isir minn kollox biex jitkabbar u jissebbaħ dejjem aktar il-park nazzjonali f’Ta’ Qali kien qiegħed isir ukoll xogħol barra s-swar tal-Kottonera fejn f’Ħaż-Żabbar, art abbandunata kienet qed tinbidel f’park reġjonali. Ħidma oħra kienet qed issir biex titkabbar u tissebbaħ Kennedy Grove fl-inħawi tal-Qawra.

Is-Sezzjoni għall-Parks u l-Konservazzjoni tal-Pajsaġġ fi ħdan il-Ministeru tiegħu kienet bħalissa qed taħdem fuq l-afforestazzjoni ta’ żewġ siti, waħda f’Pembroke u l-oħra fil-Mellieħa. Hu qal li dwar dan il-programm ta’ afforestazzjoni kien se jitkellem għada meta se jinawgura f’Pembroke wirja dwar proġetti ta’ afforestazzjoni li qed jitwettqu.

Francis Zammit Dimech qal li matul is-sena li għaddiet fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali

  • Tlesta xogħol ta’ pavimentar u tħawwlu siġar tal-ballut f’dak li hu magħruf bħala iċ-‘Ċirku tal-Ballut’. Hu qal li biex sar dan l-iżvilupp inħattet ‘muntanja’ ta’ terrapien u ġebel, qed jinbnew terrazini bil-ħamrija u ħitan tas-sejjieħ li se jservu ta’ lqugħ mir-riħ. F’din iz-zona, ta’ madwar għaxart itmiem, qed jitħawwlu madwar 10,000 siġra Maltija li qed jitkabbru mill-istess Sezzjoni. Il-Gvern qed jipprovdi ukoll imwejjed għall-picnics.
  • Fil-picnic area beda jsir xogħol preparatorju biex jitħawwlu 230 siġra oħra. Biex is-siġar ikunu protetti mill-vandaliżmu s-sit iddawwar b’chain link sakemm jaqbdu s-siġar tal-prinjol u l-ballut.
  • Bdew isiru tħejjijiet biex darba jitbattat is-sit tal-mitjar l-antik jibda żvilupp li jinkludi l-immaniġġjar aħjar tat-traffiku kif ukoll parkeġġ. Parti kbira minn dan is-sit se jkun allokat għall-użu ta’ rikreazzjoni sportiva.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li matul din is-sena kien maħsub li

  • Titlesta żona ta’ madwar 10,000 metru kwadru bit-tħawwil ta’ siġar Maltin.
  • Jinbnew faċilitajiet għall-pubbliku u visitors’ centre.
  • Issir estensjoni tal-ġnien formali u zona ġdida ta’ rikreazzjoni minflok parti mill-mitjar.
  • Se jingħata bidu għall-iżvilupp ta’ numru ta’ cycle routes li joffru kilometri ta’ rotot għaċ-ċiklisti professjonali u dilettant.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-ministeru tiegħu laqa’ bil-ferħ l-proposta ‘Plant your family tree’ li qed tkun imnedija mill-Programm Roots. Hu qal li din il-proposta kienet timmira li toħloq rabta bejn l-emigranti Maltin u d-dixxendenti tagħhom f’Malta billi jisponsorjaw siġra. Hu qal li għal dan l-iskop intagħżel sit fil-park nazzjonali f’Ta’ Qali fejn se jibdew jitħawwlu dawn is-siġar.

Francis Zammit Dimech qal li kull inizjattiva biex f’pajjiżna jitħawwlu aktar siġar kienet ta’ min jirrikmandaha. Hu qal li kien jinnota b’sodisfazzjon li f’dawn il-proġetti qed tingħata importanza lil siġar indiġeni u/jew siġar Mediterranji. Francis Zammit Dimech qal li anke s-siġra indiġena tagħtina identita’ li tagħmel lilna u lill-emigranti kburin li aħna Maltin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow