Left arrow Go Back

Aktar minn Lm4 miljun fis-sena għall-biedja fis-sena mill-EU

PR32
Date Icon 10/01/2003
Il-Ministru għall-Agrikoltura u s-Sajd, l-Onor. NinuZammit qal li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea se twassal biex is-settur tal-biedja jkompli jissaħħaħ u jsir aktar sostenibbli u dan jista’ jkun possibbli li jsir, permezz tal-għajnuna finanzjarja li dan is-settur se jingħata mill-istess Unjoni. Hu tenna li din l-għajnuna tista’ tiġi biss jekk pajjiżna jissieħeb fl-UE.
Il-Ministru Zammit qal li permezz tan-negozjati lisaru, l-għajnuna għas-settur agrikolu min-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea se tkun tammonta għal aktar minn Lm4 miljun fis-sena fl-ewwel tliet snin wara s-sħubija.
L-Onor. Ninu Zammit, li kien qed iżur xi rziezet f’Ħad-Dingli,qal ukoll li kuntrarjament għall-impressjoni li hawn min qed jipprova jagħti, illi t-tnaqqis tal-levies fuq prodotti ta’ l-ikel diġà ħalla effett negattiv fuq is-settur agrikolu, il-fatti juru li fl-aħħar sitt xhur tas-sena li għaddiet il-volum ta’ prodotti li nbiegħu mill-Pitkaliji żdied b’2.7 miljun kilo jew b’14.3 fil-mija għal 21.9 miljun kilo, meta mqabbel ma’ l-istess perijodu s-sena ta’ qabel. Kienu reġistrati wkoll żidiet ta’ 1.5 fil-mija fil-bejgħ ta’ laħam tat-tiġieġ imkabbra lokalment u ta’ 0.6 fil-mija fil-bejgħ ta’ laħam tal-majjal.
Hu irrifera wkoll għall-għajnuna li diġà bdiettingħata lill-produtturi fis-settur tal-biedja u qal li sa tmiem is-sena li għaddiet din l-għajnuna ammontat għal aktar minn miljun lira. Il-Ministru Zammit qal li din l-għajnuna se tgħin lill-bdiewa u lir-raħħala jkomplu jtejbu l-livell tal-għajxien tagħhom.
L-għajnuna li ngħatat s’issa lill-bdiewa lijkabbru l-ħxejjex u l-frott tinkludi, Lm63,875 lil dawk li jkabbru l-patata, Lm139,177 lil dawk li jkabbru d-dwieli, u Lm35,914 għal ħxejjex u frott li l-bdiewa biegħu mill-Pitkalija, total ta’ Lm238,966.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow