Skola Primarja Ġdida għall-inħawi ta' Pembroke
PR31
10/01/2003
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea ħabbar li | wara li sar studju dettaljat ġie identifikat is-sit fejn ser tinbena skola primarja ġdida għall-inħawi ta' Pembroke. Il-Ministru Louis Galea, li kien akkompanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent George Pullicino, żar is-sit f'Pembroke u iddiskuta ma' l-uffiċjali ta' l-FTS l-ippjanar ta' din l-iskola ġdida. |
| L-istudju li sar juri li l-lokalita' ta' Pembroke qed | tikber b'mod mgħaġġel u hemm bżonn li tinbena skola primarja ġdida għal madwar 750 tifel u tifla mill-kindergarten sas-sitt klassi. Il-bżonnijiet ta' llum f'din il-lokalita' huma ta' skola ta' 500 student, madankollu minħabba li din il-lokalita' qed tespandi kif ukoll peress li hemm lokalitajiet viċini li minnhom jiġu xi studenti (Baħar iċ-Ċagħaq, Madliena, San Ġwann, San Ġiljan, Sliema u Swieqi) qed tiġi ppjanata skola li mhux biss taqdi l-bżonnijiet immedjati iżda anke dawk futuri. |
| L-Iskola Primarja ta' Pembroke se tkun l-ewwel Skola | Primarja mibnija kompletament mill-ġdid mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) skond il-linji gwida li joħorġu mill-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid. L-iskola se jkollha 38 klassi tad-daqs mitlub mir-regolamenti, klassijiet li jkunu mdawwla tajjeb u arjużi, u li jkollhom dak kollu li hemm bżonn biex l-istudenti jkollhom ambjent tajjeb li jkattar it-tagħlim. L-iskola se jkollha Multi-Purpose Hall li tkun tista' tintuża wkoll għall-komunita' ta' Pembroke, spazji rikrejattivi mdaqqsin (minimu ta' 6,600 metri kwadri) u faċilitajiet oħra bħal kmamar għall-attivitajiet, drama, mużika, teknoloġija eċċ. |
| L-iskola mistennija tinbena fuq żewġ sulari | bil-possibilita' li tiġi estiża għal tlett sulari. L-iskola ser tkun mghammra b'lifts u tkun kompletament aċċessibli għal persuni b'diżabilita'. L-iskola se jkollha faċilitajiet ta' parkegg kemm għall-użu tal-ġenituri u l-għalliema kif ukoll għall-komunita' wara l-ħin ta' l-iskola. |
| Fl-istess studju li sar, ġew identifikati disa' siti | u minnhom intgħażel sit |
| partikolari li hu l-aħjar sit biex tinbena skola u | biex taqdi l-bżonnijiet tal-lokal. Is-sit magħżul hu ta' madwar 12,000 metru kwadru. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li s-sit hu ideali | għax hu viċin żona residenzjali, u għalhekk fil-biċċa l-kbira tal-każi l-ġenituri u t-tfal jistgħu jimxu lejn l-iskola; hu ’l bogħod minn attivitajiet kummerċjali li jistgħu itellfu; hu f'post fejn l-ambjent huwa arjuż u san; u m'hemmx ħafna traffiku għaddej minn ħdejn s-sit. Huwa qal ukoll li hdejn is-sit li ntgħażel għall-iskola hu ppjanat li jkun hemm ċentru lokali għal Pembroke u għalhekk jista' jkun hemm tqasim ta’ faċilitajiet. Fl-istess ħin dan is-sit huwa viċin il-Knisja l-ġdida ta` Pembroke kif ukoll il-ġnien. |
| Huwa qal li meta wieħed jippjana skola primarja irid | jara li mhux biss jkun hemm ambjent xieraq għall-istudenti iżda wkoll li din tkun integrata bħala parti mill-lokalita', u li tintuża mill-komunita'. L-iżvilupp ta' l-iskola primarja bl-ebda mod ma jfixkel l-iżvilupp ta` ċentru kummercjali (trade centre) li l-Ministeru għas Sevizzi Ekonomiċi presentament qed jevalwa l-interessi espressi wara talba pubblika. Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino temm jghid li l-għazla tas-sit saret ukoll fid-dawl tal-kummenti li l-MEPA irċeviet għall-Abbozz tal-Pjan lokali għat-Tramuntana tal-portijiet (North Harbours Local Plan). |
| Il-Ministru Louis Galea qal li jinsab ħerqan li jara | din l-iskola tinbena l-ewwel nett għaliex jaf kemm hi meħtieġa għall-lokalita' ta' Pembroke u l-lokalitajiet l-oħra viċini, u t-tieni għaliex din se tkun l-ewwel skola primarja li se tinbena kompletament mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Il-Ministru qal li l-Fondazzjoni qed twettaq xogħol tajjeb ħafna f'inqas żmien u b'użu aħjar tal-fondi pubbliċi. Wieħed mill-aqwa eżempji ta' dan jinsab ukoll f'din il-lokalita' - l-iskola sekondarja Sir Adrian Dingli fejn diġa' tlestiet l-ewwel fażi u l-istudenti issa qed jattendu skola ta' l-ogħla kwalita'. Hu qal li għalhekk hu konvint li malli joħorġu l-permessi mill-MEPA u jitlestew il-pjanti finali l-Fondazzjoni se tibni skola primarja ġdida fi żmien qasir u ta' l-ogħla livell. |
| Il-Ministru Galea temm jgħid li tul l-erba' snin li | għaddew saru xogħlijiet ta' tisbieħ u manutenzjoni permezz ta' 160 inizjattiva f'100 skola madwar Malta u Għawdex. Minn mindu bdiet topera l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada saru u qed isiru xogħlijiet f'50 Skola Primarja, 24 Skola Sekondarja u Junior Lyceums, tlett kumplessi ta' l-iskejjel u sitt skejjel speċjalizzati. Il-Fondazzjoni wettqet ukoll diversi proġetti li jinkludu t-tisbieħ tal-klassijiet u l-bini ta' l-iskola (s'issa saru xogħlijiet f'42 skola), titjib tal-faċilitajiet rikreattivi (12-il proġett), u xogħlijiet biex l-iskejjel isiru aċċessibbli (s'issa bdew 79 proġett). |
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en