Il-MINISTRU TAT-TURIZMU JINAWGURA R-RABA’ EDIZZJONI TA’ "Le Festival International De La Gastronomie À Malte"
PR29
10/01/2003
| "Fis-settur tat-turizmu gà dhalna fl-Ewropa" – Il-Ministru | Refalo |
| "Fit-turizmu diga’ qed nghixu f’xenarju | tal-Unjoni Ewropea. Gà dhalna fl-Ewropa." Hekk qal il-Ministru tat-Turizmu Michael Refalo waqt li kien qed jinawgura r-raba’ edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Gastronomija ta’ Malta. |
| "Matul dawn l-ahhar snin illiberalizzajna l-industrija, | wettaqna ristrutturar, esponejniha ghall-kompetizzjoni, qtajna s-sussidji u l-monopolji, ghaddejna mill-ikrah, u sahhahniha b’mod li wriet li kienet kapaci tirpilja tajjeb u tirpilja qabel haddiehor mill-burraxka tal-11 ta’ Settembru 2001." |
| Il-Ministru Refalo spjega kif fil-qasam tal-lukandi m’hemm | xejn li jzomm lill-barranin milli jinvestu f’Malta. |
| "Ilna snin li barranin setghu jixtru, jinvestu, | jibnu u jmexxu sew l-izghar guesthouse kif ukoll l-akbar lukanda. Min ried seta’ gie fostna. |
| Hekk ukoll fil-qasam tar-ristoranti. Barrani jista’ | jinvesti, jixtri u jiftah ristorant tal-ewwel u t-tieni klassi. Propju kif jistghu jaghmlu l-Maltin." |
| Il-Ministru stqarr li minkejja b’suq miftuh, "Ir-rizultat | hu dak li hu. Dan juri kemm mhuwiex minnu li l-Unjoni Ewropea tiftah il-bibien tad-dilluvju." |
| Il-Ministru Refalo tenna li kull min irid jinvesti | fit-turizmu ghandu l-opportunità jaghmel dan. Minkejja dan hadd ma gie biex jiehu post il-Maltin! Fin-negozju jregu r-regoli tas-suq u tal-kompetizzjoni mhux il-qerq u l-fantasija ta’ min ghandu interess jigdeb u jghid in-nofs veritajiet. |
| "Min hu iblah biss jemmen li hawn min lest | ihalli suq ta’ hafna miljuni u jpartu ma’ wiehed ta’ ftit eluf." |
| Il-Ministru Refalo qal li "Qed nghixu f’era ta’ | globalizzazzjoni. L-operaturi fit-turizmu qed jieklu lill-xulxin, jikbru u jizviluppaw f’kumpaniji dinjin. Malta u l-Maltin ma jistghux ma jaghtux kaz x’qed jigri fid-dinja, bilfors irridu naggustaw ghal dan il-fenomenu u niksbu kull vantagg li nistghu minnu." |
| Il-Ministru Refalo fakkar li f’okkazjoni ohra kien | qal li l-globalizzazzjoni ser thalli warajha sew rebbieha kif ukoll telliefa. |
| ‘B’shubija fl-Unjoni Ewropea u minghajrha | l-process tal-globalizzazzjoni jibqa’ ghaddej. Bid-differenza li fl-Unjoni Ewropea nkunu parti minn forza akbar u minn strutturi li jizguraw level playing field, fejn kulhadd jigi mhares minn kompetizzjoni bla qies. Barra u wahedna nisfaw bhal qasab fir-rih." |
| Il-Ministru Refalo, waqt li ferah lill-organizzaturi, | u nnota b’mod specjali l-partecipazzjoni tac-Cina, stqarr li meta chefs Maltin jiehdu sehem f’gari internazzjoniali, mhux biss johorgu bl-unuri izda dejjem jiksbu esperjenzi gooda b’mod li jitjiebu l-kwalità u l-prodott. |
| "F’dan ir-rigward din l-Assocjazzjoni | Kulinarja ta’ Malta, kienet u ghadha dejjem minn ta’ quddiem." |
| Il-Ministru fakkar li l-Istitut ghall-Istudji fit-Turizmu | (ITS) joffri korsijiet full time kif ukoll part time biex jaghti opportunità ghat-tahrig lil min qed jahdem fl-industrija u qatt ma nghata tahrig. |
| Il-Ministru tenna li l-profeti foloz li kienu | ibezzghu bil-migja ta’ eluf ta’ barranin biex jiehdu post il-Maltin, ghalqu halqhom. |
| Il-Gvern ha hsieb iharreg lill-haddiema Maltin u | nnegozja b’mod li l-interessi taghhom jigu mharsa. |
| "Minkejja dan, jehtieg nizguraw li meta jasal | l-1 ta’ Mejju 2004, kull min jahdem fil-lukandi u ristoranti jkun ha tahrig siewi biex ma jkun hemmx min igib skuza li ma jsibx haddiema Maltin imharrgin tajjeb." |
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en