Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ISTRAJK TAL-PILOTI FIL-PORT

PR24
Date Icon 09/01/2003

Matul l-aħħar xhur, l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta bdiet diskussjonijiet mal-UĦM dwar ir-riformi fil-mod kif jaħdmu il-piloti f’Malta dwar ir-riorganizzazzjoni tas-servizz tal-piloti biex ikun hemm sistemi iktar effiċjenti f'dan is-settur, skond ix-xewqa taż-żewġ naħat. Id-diskussjonijiet kienu jirigwardjaw -

  1. Il-ħolqien ta` entita separata għall-piloti biex din tkun tista` tagħti servizz ta` pilotaġġ fil-portijiet taħt id-direzzjoni ta` l-Awtorita’ Marittima skond il-ħtiġijiet ta` Malta u prattiċi internazzjonali;
  2. Il-Fakulta’ ta’ l-Awtorita’ li tiddeċiedi x`livelli ta` "standards" ta` servizzi huma meħtieġa u n-numri ta` membri meħtieġa skond l-esiġenzi tal-klijenti tal-port;
  3. Kuntratt għall-iskop ta’ (1) u (2) għal servizz bejn l-Awtorita’ u l-entita, fejn jiġu stabbiliti id-doveri, l-obbligi, r-responsabilitajiet u d-drittijiet tal-membri tal-korp tal-piloti kif ukoll ta` l-Awtorita`, bil-penali f`kaz li xi parti tonqos mill-obbligi tagħha;
  4. It-tariffa (dħul) tal-piloti u spejjeż oħra inklużi dawk relatati mal-ħtiġijiet rikorrenti fir-rigward ta’ l-amminstrazzjoni ta` l-entita ġdida.

Minħabba l-ambitu wiesgħa ta' din il-materja, saru diskussjonijiet fit-tul fejn iż-żewġ naħat qablu fuq il-ħolqien ta` Kooperattiva tal-piloti biex tkun l-entita ġdida li magħha l-Awtorita` Marittima tagħmel il-Kuntratt ta` Servizz, kif ukoll fuq l-istruttura u l-istatut ta` din il-Kooperattiva.

Intlaħaq ukoll ftehim preliminari dwar l-abbozz tar-regolamenti ġodda li kellhom jiġu adottati flok dawk preżenti bl-iskop li jiġi regolat is-servizz tal-piloti fil-port kif jirriżulta mill-ftehim milħuq dwar l-istrutturi ġodda msemmija iktar `l fuq.

Fir-rigward tat-tariffi l-grupp tal-piloti għamel suġġerimenti li kienu fl-opinjoni ta’ l-Awtorita’ Marittima esaġerati u li kienu jwasslu sa 500 fil-mija fuq ir-rati ta` tariffi preżenti.

B'rieda tajba min-naħa ta’ l-Awtorita’ Marittima u bl-iskop li jintlaħaq ftehim finali ġie ikkumissjonat rapport li kellu jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar (a) il-ħolqien ta’ koperattiva għall-piloti u (b) l-organizzazzjoni tas-servizz tal-piloti nklużi l-ispejjeż operattivi u amministrattivi relatati mall-ħolqien ta’ l-entita ġdida. Ir-rapport ġie ppreżentat liż-żewġ naħat f’ Diċembru 2002. Ta` min jgħid li dan kien biss abbozz u ma kienx ir-rapport finali billi kien għad irid jiġi diskuss aktar fil-fond bejn iż-żewġ naħat.

Il-grupp ta’ piloti u l-UHM kienu jafu b’dawn l-iżviluppi u li l-kwistjoni kienet għadha mhux konkluża u fi stadju ta` diskussjonijiet li fil-fatt tkomplew din il-gimgħa stess. Kien għalhekk prematur ħafna li l-Union ħarġet direttiva ta` strajk meta kienet taf li d-diskussjonijiet kienu għadhom sejrin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow