Left arrow Go Back

INAWGURATA R-RESIDENZA SANT’ANNA – PROĠETT TA’ LM700,000 FAVUR IN-NISA ANZJANI GĦAWDXIN

PR22
Date Icon 09/01/2003
Il-Prim Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami dalgħodu inawgura l-ftuħtal-proġett ta’ tkabbir u mmodernizzar ta’ Residenza Sant’Anna, fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Waqt diskors ta’ l-okkażjoni, il-Prim Ministrurrimarka li matul dawn l-aħħar snin il-livell ta’ l-għixien f’Għawdex huwa wieħed li kompla jogħla u li f’ħafna oqsma s-servizzi li hemm f’Malta qegħdin jiġu ipprovduti f’Għawdex ukoll. Dan huwa possibbli għaliex il-Gvern taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kien iddeċieda li jwaqqaf Ministeru għal Għawdex li jifhem iktar il-bżonnijiet ta’ l-Għawdxin u għandu l-possibilita’ li jindirizzahom.
B’riferenza partikolari lejn il-qasam tas-saħħa,il-Prim Ministru rrefera għall-ħtiġijiet differenti tal-gżejjer ta’ Malta u Għawdex u kif il-Gvern preżenti qiegħed jindirizzahom. F’Malta qed tiġi ndirizzata l-ħtieġa ta’ iktar spazju għal pazjenti rikoverati u dan bil-bini ta’ l-isptar Mater Dei – l-ikbar sptar li qed jinbena bħalissa fl-Ewropa. F’Għawdex, il-ħtiġijiet fil-qasam tas-saħħa kienu mhux dawk ta’ bini ta’ sptar iżda t-titjib u t-tisħiħ ta’ l-infrastruttura eżistenti flimkien maż-żieda fis-servizzi offruti fil-gżira. Dan sabiex jitnaqqas l-iskariġġ għall-Għawdxin peress li l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikun joffri firxa wiesa’ ta’ servizzi li jeħtiġuhom ir-residenti t’Għawdex.
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdexstqarret li dik li sa ftit ilu kienet biss is-sala ta’ l-anzjani nisa, permezz ta’ dan il-proġett ta’ iktar minn nofs miljun lira, tejbet bis-sħiħ is-servizzi u l-faċilitajiet offruti minnha. “Ridna ninvestu bis-sħiħ. Ridna nuru bil-fatti li kull settur tas-soċjeta’ tagħna, għall-Gvern preżenti, huwa importanti. Għalhekk investejna iktar minn Lm700,000 sabiex anke l-anzjani nisa ta’ Għawdex, li kull ma jmur qed jiżdiedu fin-numru, ikollhom din id-dar dinjituża u li turi r-rispett li lkoll kemm aħna għandna lejhom”.
Residenza Sant’Anna, minbarra li toffri ambjentmodern, akkoljenti u san, hija l-alternattiva għad-djar privati li joffru postijiet ta’ residenza lil anzjani Għawdxin. Mil-lum Residenza Sant’Anna permezz taż-żieda ta’ 35% fil-postijiet fuq li kienet takkomoda s’issa – tista’ tilqa’ 81 residenta.
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debonoirringrazzjat lill-Welfare Committee ta’ l-għajnuna u s-sostenn li wrew fit-twettieq ta’ dan il-proġett b’riżq l-anzjani ta’ Għawdex.
Hija rreferiet għall-opportunitajiet ta’ l-anzjanif’Għawdex, li matul dawn l-aħħar snin żdiedu bil-bosta għaliex il-Gvern preżenti beda joffri servizzi u faċilitajiet li sa ftit snin ilu ma kienux jeżistu. Ġew introdotti diversi servizzi ġodda, li jinkludu, is-Servizz tal-Platt Sħun, il-ftuħ ta’ l-ewwel Ċentru ta’ Matul il-Jum u l-ftuħ mill-ġdid ta’ l-Universita’ tat-Tielet Eta’. Baqgħu jiġu offruti s-servizzi ta’ għajnuna fid-dar ta’ l-anzjani residenti f’darhom li jinkludu s-servizz tal-Handyman u tat-Telecare kif ukoll is-servizz ta’ assistenza lil persuni bi problemi ta’ inkontinenza.
Dwar il-qasam tas-saħħa f’Għawdex il-MinistruDebono rreferiet għall- investiment qawwi ta’ Lm446,000 li għamel il-Gvern matul dawn l-aħħar erba’ snin. Hija rreferiet għall-aħħar proġett kapitali li ġie nawgurat dan is-sajf – proġett li sewa madwar Lm40,000 u li hu dak tat-tieni fażi tat-tkabbir u mmodernizzar tad-dipartiment ta’ l-Emerġenza. Il-Ministru Debono semmiet ukoll it-tkabbir u mmodernizzar f’diversi nħawi oħra ta’ l-Isptar, fosthom id-dipartiment ta’ l-Outpatients, is-Sezzjoni tal-Medical Records u l-Operating Theatre kif ukoll il-ftuħ ta’ l-ewwel Renal Unit u Isolation Unit għal Għawdex flimkien mal-ftuħ mill-ġdid tad-Dipartiment ta’ l-Isterilizzar.
Dan il-proġett ta’ tkabbir u mmodernizzar ta’Residenza Sant’Anna juri biċ-ċar kemm il-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin, fit-totalita’ tiegħu, jinteressa lill-Gvern preżenti b’mod dirett. Il-Gvern preżenti jqiegħed kontinwament il-ħtiġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi u kien għalhekk li daħal għal proġetti u inizjattivi li jkomplu jtejbu l-livell u l-kwalita’ ta’ għixien ta’ sezzjonijiet differenti mill-popolazzjoni tagħna, b’mod partikolari ta’ sezzjonijiet l-iktar li jeħtieġu l-assistenza, l-attenzjoni u r-riżorsi, bħalma huma s-sezzjonijiet tas-saħħa u l-anzjani fost l-oħrajn.
Residenza Sant’Anna ser tkun miftuħagħall-pubbliku in ġenerali waqt open weekend li se jsir bejn l-10 u t-12 ta’ Jannar bejn l-10.00am u s-s-7.00pm.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow