Left arrow Go Back

AKTAR KURA PERSONALIZZATA FL-ISPTAR MONTE CARMELI

PR21
Date Icon 09/01/2003
F’dawn il-ġranet fil-qasam tas-Saħħa qedtinkiteb paġna ġdida għax proprju mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena tpoġġiet ġebla oħra fil-pedament li għandu jwassal għall-awtonomija sħiħa ta’ dan l-isptar. Minn issa ’l quddiem l-awtoritajiet ta’ dan l-isptar se jkunu responsabbli għall-infiq tal-fondi mgħoddija lilhom mid-Diviżjoni tas-Saħħa. Dan qalu l-Ministru Deguara fl-okażjoni tal-ftuħ tal-Young People’s Unit fl-Isptar Monte Carmeli.
Dan huwa pass ieħor kruċjali fil-proċess ta’awtonomija sħiħa li ilu żmien li beda. Matul dan il-proċess kellna l-ħatra ta’ Chief Executive Officer għal dan l-isptar li qiegħed jigwida dan il-proċess ta’ riforma fil-mod kif jitmexxa dan l-isptar. Ġie maħtur ukoll Financial Controller li se jkun responsabbli għall-infieq tal-fondi mogħdija mid-Diviżjoni tas-Saħħa lil dan l-isptar. Il-pass li jmiss, u li se jittieħed fil-ġimgħat li gejjin hu l-ħatra ta’ Bord ta’ Tmexxija b’rappreżentanza tal-pazjenti biex dawn jingħataw vuċi fid-deċiżjonijiet u hekk jiġi żgurat li dawn jittieħdu fl-interess tal-pazjent u mhux fl-interess tas-sistema.
Irid infakkar, kompla l-Ministru, li f’Jannar ta’sentejn ilu n-Nursing Officers ġew allokati budget biex jamministraw is-swali tagħhom. Dan kien ifisser li ħafna deċiżjonijiet ta’ nfiq ta’ flus jiġu meħuda fil-livell tas-swali. Illum sentejn wara dan il-pass għandna l-provi li din kienet deċiżjoni tajba ferm. Jirriżulta li s-swali huma amministrati ħafna aħjar u kibret il-kontabilità għax min jieħu d-deċiżjonijiet illum hu aktar konxju fl-infieq tal-fondi. Hu evidenti t-titjieb fl-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, b’riżultat illi l-flus imfaddla qegħdin jintefqu biex isiru aktar faċilitajiet fis-swali li minnhom qed igawdu l-pazjenti. Biżżejjed wieħed isemmi n-numru ta’ airconditioners li ġew installati kif ukoll upgrading ta’ faċilitajiet f’diversi swali.
Illum qed jinfetaħ kumpless żgħir, il-YoungPeople’s Unit biex tilqa` għal ħtiġijiet ta’ pazjenti taħt is-sittax-il sena. Dawn il-pazjenti ma jitpoġġewx ma pazjenti adulti minħabba li l-bżonnijiet tagħhom huma differenti. F’dan il-Unit dawn it-tfal ma jingħatawx biss kura għal problemi li jista’ jkollhom imma tingħata wkoll attenzjoni u għajnuna għal bżonnijiet emozjonali u edukattivi li tfal ta’ din l-eta` għandhom bżonn. Fil-fatt f’dan il-kumpless wieħed isib klassi fejn it-tfal bl-għajnuna ta’ għalliema jkollhom kontinwazzjoni tat-tagħlim li kienu jieħdu qabel ġew rikoverati hawnhekk. Wieħed isib ukoll spazji oħra fosthom ġnien bil-għan biex dan il-post ikun jaqbel ma’ ambjent ta’ dar.
Fl-aħħarnett il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiemata’ l-isptar li għamlu ħafna mix-xogħol biex seta jinfetaħ dan il-Unit. Kien hemm ukoll il-kontribut tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-Aġenzija Tomorrow Schools li tat il-pariri dwar il-bżonnijiet edukattivi tat-tfal u set up tal-faċilitajiet edukattivi kif ukoll tal-Friends of Attard li ħarġu fondi għal parti minn dan il-proġett. Irringrazzja lill-management u l-istaff.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow