Left arrow Go Back

Jerġa’ jibda x-xogħol ta’ restawr fuq Bieb il-Bombi

PR18
Date Icon 08/01/2003
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura javżali minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Jannar 2003 se jissokta x-xogħol ta’ restawr ta’ Bieb il-Bombi. Għal dan l-iskop se jerġgħu jidħlu fis-seħħ l-arranġamenti tat-traffiku li kien hemm qabel il-festi tal-Milied, peress li se jkun meħtieġ li jingħalqu mill-ġdid il-mini ta’ Bieb il-Bombi.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura bedail-proġett ta’ restawr ta’ Bieb il-Bombi f’Settembru 2002. Il-proġett hu maħsub li jieħu b’kollox sitt xhur. Ix-xogħol ta’ restawr speċjalizzat beda wara sejħa għall-offerti li ntrebħet minn Agius Stoneworks Ltd. Il-proġett qed jitwettaq taħt is-superviżjoni tal-Perit Mireille Fsadni mill-Unit għar-Restawr fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Ix-xogħol ta’ restawr qed jitmexxa fuq prinċipjiinternazzjonali ta’ konservazzjoni. Dan inqasam f’erba’ fażijiet biex hekk titnaqqas kemm hu possibbli l-inkonvenjenza għall-pubbliku. Ix-xogħol ta’ restawr hu issa fi stadju avvanzat u bħalissa qed isir xogħol ta’ konservazzjoni tal-faċċata prinċipali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow