DWAL DEKORATTIVI TUL IS-SENA KOLLHA
PR17
07/01/2003
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għandu pjaċir jinforma | lill-pubbliku li, fuq talba ġenerali, id-dwal dekorattivi mas-siġar tul il-promenade ta’ tas-Sliema u San Ġiljan se jibqgħu mixgħulin is-sena kollha. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis | Zammit Dimech ħabbar din id-deċiżjoni waqt attivita’ tal-Kunsill Lokali Sliema li saret f’dawn l-aħħar jiem. |
| Tul il-promenades ta’ tas-Sliema u San | Ġiljan, medda ta’ żewġ kilometri u nofs, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura żejjen is-siġar kollha b’madwar 16,000 bozza għall-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Dawn joffru dehra mill-isbaħ għal dan il-promenade li bl-iżvilupp li sar fih sar aktar frekwentat mill-Maltin u mill-barranin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en