Left arrow Mur Lura

KUNTRATT GĦAL APPARAT MEDIKU GĦALL-ISPTAR IL-ĠDID

pr1588
Date Icon 30/12/2003
Nharil-ġimgħa li għaddiet, id-Dipartiment tal-Kuntratti informa lil INSO li kienet ġiet aċċettata l-offerta tagħhom għall-apparat mediku għall-isptar il-ġdid.
Warali oriġinarjament, il-Kumitat tal-Kuntratti kien għażel l-offerta` ta’ INSO bħala l-aħjar f’dak li hu konformita` mat-tender u fil-prezz, iż-żewġ kontestanti l-oħra, Hospitalia u Simed kienu għamlu appell kif jipprovdu r-regolamenti.
Waqtli t-Tribunal tal-Appell kien qabel mal-Kumitat tal-Kuntratti li l-offerta ta’ Hospitalia kellha tiġi skwalifikata, minħabba li kienu għamlu ħafna kundizzjonijiet li ma kienux aċċettabbli skond it-tender, kien iddeċieda li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) tagħti opportunita` lil-SIMED tagħmel kjarifika dwar l-elementi li fihom ma kenitx konformi mat-tender.  Dan kellu jsir bil-għan li l-F.M.S. u d-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti jkunu f’pożizzjoni jiddeċiedu jekk għandux jingħata l-kuntratt lill-Kumpanija SIMED BV.
L-FMSimmedjatament infurmat lil SIMED biex din tibgħat il-kjarifikazzjonijiet tagħha skond id-deċiżjoni tat-tribunal.  Fl-istess ħin l-FMS ħatret “Advisory Board” taħt iċ-Chairmanship ta’ l-Imħallef Victor Caruana Colombo biex jagħmel skrutinju fuq din il-fażi ta’ l-aġġudikazzjoni ta’ din l-offerta.
Danil-bord ħatar lil Grant Thornton Consulting Ltd. bħala esperti finanzjarji, lil Muscat Azzopardi & Associates bħala esperti legali u lil Secta bħala esperti tekniċi.  Dawn studjaw l-offerta ta’ SIMED bil-kjarifiċi li ngħataw minnhom.
Warali raw ir-rapporti ta’ dawn l-esperti, l-“Advisory Board” wasal għal konklużjoni li SIMED ma kenux taw kjarifikazzjonijiet suffiċjenti rigward l-apparat u dawk l-oqsma li fuqhom ma kienux konformi mal-kundizjonijiet tal-offerta.
Danil-parir għadda għand il-Bord tal-FMS li qabel ma dan ir-rapport u li minn naħa tiegħu għadda l-istess konklużjoni lill-kumitat tal-kuntratti, bil-kumment li aktar dewmien fuq l-għoti ta’ dan l-appalt kien ifisser dewmien u spejjeż sostanzjonali iżjed għall-proġett tal-Isptar.
Il-kumitattal-kuntratti ħa in kunsiderazzjoni dawn il-fatti kollha li fil-qosor huma:

      1.      Li skond il-Bord tal-FMS mhux fl-interess pubbliku li jkun hemm aktar dewmien  
         fl-għoti ta’ dan l-appalt.
2.      Li l-offerta tal-Hospitalia GmBH kienet skwalifikata.
3.      Li l-offerta ta’ SIMED, wara li ġiet evalwata mill-gdid kienet inferjuri teknikament għal
         dik tal-INSO Spa
4.      Li l-offerta ta’ INSO Spa kienet għaxar miljun Euro irħas miż-żewġ offerti l-oħra.
5.      Li l-offerta tal-INSO Spa ma kenitx skwalifikata mit-tribunal ta’ l-appell
6.      Li fir-rapport tagħhom tat-3 ta’ Ottubru 2002 l-esperti tekniċi SECTA kienu ddikjaraw li
         l-offerta ta’ INSO Spa kienet ta’ livell aċċettabli. 

U ddeċieda li jirrikmanda lill-Gvern li dan l-appalt għandu jingħata lill-INSO Spa. 

Din ir-rakkomandazjoni ġiet approvata mill-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow