REKORD LI JAGĦMEL UNUR LI MIN KISRU U LIL MALTA
Meta flimkien ma’ Richard Pons, indirizza lill-media dwar rekord miksur dwar l-akbar numru ta’ cocktails ippreparati, il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir għalih li jkun preżenti għal din l-okkażjoni, fejn lecturer ta’ l-Istitut Malti għat-Turiżmu qed jippreżenta quddiem il-media ċ-ċertifikat tal-Guinness World Record għall-akbar numru ta’ cocktails ppreparati f’siegħa.
Fil-25 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, fil-kumpless ta’ Bay Street, Richard Pons irnexxielu jipprepara 88 cocktail f’siegħa u hekk fl-ewwel 25 minuta kiser ir-rekord li kien għamel bartender Franċiż f’ Covent Garden fir-Renju Unit li fi Frar 2002 f’siegħa kien ipprepara 38 long drinks.
L-Onor. Francis Zammit Dimech qal li din il-preżentazzjoni għandha sinifikat doppju
- Turi bl-aktar mod ċar li l-Istitut Malti għat-Turiżmu, li twaqqaf minn dan il-Gvern biex iħarreġ żgħażagħ għal kull qasam tas-settur turistiku, qed joħorġu minnu l-aħjar ħaddiema li għandu pajjiżna fil-qasam tal-catering għaliex għandna l-aħjar għalliema.
- Li l-ispeċjalizzazzjoni hi l-mod kif il-qasam tat-turiżmu f’pajjiżna jkompli jinbidel f’esperjenza għal kulmin iżurna.
Il-Ministru għat-Turiżmu qal li ċ-ċertifikat li kien ingħata Richard Pons mill-Guinness World Record kien mhux biss jagħmel unur lilu li ħadem biex kisbu iżda wkoll lill-poplu Malti kollu. Hu qal li f’okkażjoni bħal din ried jifraħ lil Richard u lil dawk kollha li għenuh, inklużi l-isponsors li mingħajr l-appoġġ tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu realizzati avvenimenti bħal dawn.
F’din l-okkażjoni l-Ministru awgura wkoll lil dawk kollha preżenti sena ġdida ta’ prosperita’ u hena.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en