Left arrow Mur Lura

MESSAĠĠ TAL-MILIED U L-EWWEL TAS-SENA MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOREVOLI EDDIE FENECH ADAMI

pr1582
Date Icon 24/12/2003

Ħuti Maltin u Għawdxin.  

Wasalnafi tmiem ta’ sena oħra, sena illi matulha ma nafx kemm-il darba ddeskrivejnieha bħala sena eċċezzjonali, sena straordinarja, sena storika.
Senastorika għaliex aħna lkoll flimkien kellna deċiżjoni importanti ħafna x’nieħdu. Deċiżjoni li ħadniha flimkien. Deċiżjoni li riedet tfisser u se tfisser il-pass li jmiss fl-iżvilupp politiku, ekonomiku, u soċjali ta’ pajjiżna. Kienet prova li għaddejna minnha bil-parteċipazzjoni tal-poplu tagħna kollu.
Għamilnal-ġimgħat, għamilna x-xhur nitkellmu, bejnietna. Naħseb ħafna minna għaddew minn perjodu ta’ ħsieb profond, kif wieħed kien sejjer jiddeċiedi hu u hi personalment. U ħriġna bl-unuri għaliex kienet esperjenza ta’ demokrazija ħajja, demokrazija parteċipattiva, demokrazija li kulħadd irrisponda għaliha.
Metajien niltaqa’ ma’ persuni oħra fil-politika barra minn pajjiżna, ngħidilhom illi d-deċiżjoni ħadnieha l-poplu Malti kollu flimkien, għaliex morna nivvutaw f’referendum, u vvutajna 91 fil-mija ta’ dawk li kellhom id-dritt jivvutaw.
Mornagħall-elezzjoni, u vvutajna. U vvotajna 95 fil-mija ta’ dawk kollha li kellhom id-dritt jivvutaw. Għandna rekord. Rekord illi kburin bih li lkoll erfajna l-piż tad-deċiżjoni li l-pajjiż kellu jieħu. Pajjiż sovran, pajjiż indipendenti li aħna lkoll kburin bih u kburin ħafna. U d-deċiżjoni li ħadna kienet eżattament: “kif dan il-pajjiż sovran tagħna se mmexxuh ’il quddiem?”. U nafu, u ħarisna, u rajna d-dinja ta’ madwarna x’qiegħda toffri.
Rajnal-eżempju ta’ 15-il pajjiż li flimkien ingħaqdu biex jiffurmaw dik li tissejjaħ l-Unjoni Ewropea: 15-il pajjiż illi għandhom l-esperjenza ta’ din l-għaqda bejniethom, 15 il-pajjiż illi bla dubju ta’ xejn għamlu żvilupp kbir soċjali, politiku, ekonomiku għan-nies tagħhom, għaċ-ċittadini tagħhom. U raw illi minn din l-esperjenza, li kienet esperjenza pożittiva għal għexieren ta’ snin ta’ dawn il-pajjiżi, qed nikkupjawha aħna lkoll flimkien ma’ 9 pajjiżi oħra.
Jienaħassejtni l-ewwelnett emozzjonat, it-tieni kburi, it-tielet ferħan illi f’isimna lkoll, f’isem il-Maltin u l-Għawdxin kollha, jiena mort bil-mandat tal-poplu tagħna fis-16 ta’ April, f’Ateni fejn twieldet id-demokrazija, u ffirmajt it-trattat ta’ sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Kienet sena verament importanti. Kienet sena nerġa’ ngħid li fiha lkoll erfajna r-reponsabbiltà tad-deċiżjoni tagħna u ħriġna bl-unuri. Għax illum nafu li issa lkoll qegħdin ngħidu x’se nagħmlu biex nagħmlu suċċess għal pajjiżna bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Dak li ddeċidejna s’issa kien mhux it-tmiem, imma kien il-bidu, il-bidu ta’ żminijiet ġodda li fihom ilkoll irridu naħdmu biex nieħdu l-aħjar li nistgħu għal pajjiżna, għall-poplu tagħna, għal kull wieħed u waħda minna, biex naraw illi pajjiżna jimxi ’l quddiem bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
Hekkiddeċidejna dwar il-pass li jmiss, l-iżvilupp politiku ta’ pajjiżna. żvilupp politiku għaliex issa rridu tabilħaqq ningħaqdu u nagħmlu dak kollu li nistgħu għall-aħjar ġid ta’ pajjiżna. Ma rridux infittxu aktar il-firda u x’jaqsamna, imma rridu naraw x’jistħoqqlu dan il-poplu tagħna u kif ilkoll se naħdmu għall-ġid tal-poplu tagħna.
Il-futurpolitiku, - fid-dinja tallum ebda pajjiż sovran kbir jew zgħir ma jista’ jimxi ’l quddiem waħdu. Irid jimxi ma’ pajjiżi oħrajn. Biex ikollok leħen, u leħen importanti għalik innifsek, għal pajjiżek - imma leħen importanti wkoll li int issemma’ għal dak li tkun il-qagħda internazzjonali, għall-problemi internazzjonali li jinqalgħu, għas-sehem li tista’ tagħti, - hemm bżonn tkun parti mill-oħrajn. U se nkunu fl-1 ta’ Mejju, 25 pajjiż kbar, biċċiet minnhom kbar ħafna bħall-Ġermanja, biċċiet minnhom żgħar bħal m’hi Malta, bħal m’hi l-Lussemburgu, li flimkien irridu niżguraw illi l-vuċi politika ta’ dawn il-25 pajjiż flimkien tkun vuċi soda, vuċi qawwija għall-ġid ta’, mhux biss tagħna, nerġa’ ngħid, imma ta’ ħafna pajjiżi oħra fir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ bejnietna.
Il-passli jmiss fl-iżvilupp ekonomiku - m’hemmx dubju illi d-dinja għaddejja minn fażi ta’ żvilupp fis-sens illi żvilupp li qed iġib bidla kbira. Żminijiet ġodda fil-qasam ta’ l-ekonomija. U meta ngħid ġodda rrid insemmi tabilħaqq hekk, għax ftit ilu ftit konna naħsbu li kull pajjiż qiegħed, per eżempju, fil-qasam imsemmi ta’ l-industrija tal-manifattura, jikkompeti mhux biss mal-pajjiżi ta’ madwaru, jew ftit imbiegħda minnu, imma pajjiżi kollha tista’ tgħid fid-dinja kollha. Qed joħorġu pajjiżi li ftit ilu ma kellhomx il-possibiltà illi jkunu minn ta’ quddiem fl-iżvilupp ta’ l-industrija tal-manifattura. żminijiet illi aħna lkoll għaddejjin minnhom, u bilfors ngħaddu minnhom, u jiena naħseb illi aħna, il-poplu Malti u Għawdxi, fhimna li f’dawn iż-żminijiet ġodda fil-qasam ta’ l-ekonomija hemm bżonn inkunu parti mill-Unjoni Ewropea. U b’hekk niżguraw illi jkun aktar faċli għalina, mhux mingħajr diffikultajiet, mhux mingħajr tbatija wkoll, imma jkollna l-isperanza, it-tama, li iva anki fl-ekonomija, li nimxu ’l quddiem.
Hekkukoll il-pass li jmiss fl-iżvilupp soċjali ta’ pajjiżna. Pajjiżna, għal grazzja t’Alla, huwa pajjiż illi meta nipparagunah ma’ pajjiżi żviluppati, u dawk aktar żviluppati minna, naraw li mxejna ’l quddiem. Għandna dik li konna nsejħulha welfare state. Għandna sistema ta’, kif ngħid, solidarjetà soċjali bejnietna li mexxejnieha ’l quddiem u l-poplu tagħna kollu jgawdi minnha. U pajjiżi oħra bħalna qed isaqsu lilhom infushom “kif nistgħu niżguraw illi dan l-istat soċjali li ħloqna nżommuh għalina u għal ta’ warajna?”.
żminijietġodda li fihom ukoll it-triq li qbadna, il-pass ta’ żvilupp li jmiss, għandu jagħtina l-kuraġġ biex aħna wkoll naffrontaw id-diffikultajiet li l-pajjiż jista’ jkollu quddiemu, u għandu effettivament quddiemu, għax nafu li hemm esperjenzi li nistgħu nitgħallmu minnhom, hemm esperjenzi li lilna juruna wkoll it-triq kif nagħmlu l-iżvilupp soċjali f’pajjiżna. Dan kollu jimliena bil-kuraġġ għas-sena d-dieħla, għall-ġejjieni ta’ pajjiżna. Naturalment mhux se jkun ġejjieni bla diffikultajiet. Diffikultajiet interni tagħna, m’hemmx dubju f’dawk l-oqsma ta’ l-ekonomija tagħna li għaddejjin minn dawn il-bidliet li qed iħallu konsegwenzi kultant koroh għal min jintlaqat, għal min jitlef il-post tax-xogħol tiegħu. Però rridu jkollna t-tama li lkoll flimkien nistgħu nibnu, inkomplu nibnu, ekonomija soda għal pajjiżna.
L-iżvilupp soċjali huwaimportanti u importanti ħafna. U hawn nixtieq illi nerġa’ għal darb’oħra nagħmel emfasi illi meta ngħid l-iżvilupp soċjali ma rridux nifhmu biss l-iżvilupp materjali soċjali, imma rridu nagħmlu, nisħqu kemm jista’ jkun ukoll, fuq il-valuri, dawk il-valuri illi lil poplu Malti jagħtuh is-saħħa, jagħtuh il-kuraġġ meta jkun f’sitwazzjonijiet diffiċli. Il-valur tas-solidarjetà bejnietna. Il-valur tal-familja bejnietna, kif aħna ngħixuha fil-familji tagħna. Xi ħaġa li sfortunatament ma nistgħux ma nindunawx illi huwa l-valur tal-familja li qiegħed jitkisser. Irridu nagħmlu ħilitna biex ma jkomplix jitkisser biex nistgħu nerġgħu nagħtu saħħa sħiħa lill-familji tagħna u b’hekk niżguraw żvilupp soċjali u anki żvilupp ekonomiku aħjar għal pajjiżna.
Iż-żminijiet li għaddejjinminnhom huma żminijiet ġodda, żminijiet fejn ħadd m’hu maqtugħ għalih. U s-sitwazzjoni internazzjonali. Rajna l-kriżi li għaddiet minnha mhux il-pajjiż ta’ l-Iraq waħdu, imma l-Iraq bil-kriżi, nistgħu ngħidu, li ħassa kulħadd. Nuqqas ta’ qbil bejn pajjiżi, nuqqas ta’ qbil dwar x’għandu jsir, nuqqas ta’ qbil dwar x’inhi l-aħjar triq.
Aħna rridu lkoll illinipparteċipaw. Meta jiġi fuqna gwaj bħal dan irridu nifhmu li hemm bżonn li nfittxu t-triq tal-kunsens, it-triq illi ġġib il-pajjiżi terġa’ ma’ xulxin. Għadna ngħixu t-traġedja permanenti tal-poplu tal-Palestina. Hemm bżonn is-sena d-dieħla li jsir sforż ieħor biex dil-problema, li ilha għexieren ta’ snin magħna, tinħall għall-ġid ta’ dak il-poplu stess, għall-ġid tagħna lkoll, partikolarment aħna li ngħixu fl-istess żona tal-Mediterran.
M’għandniexnaqtgħu qalbna. żminijiet ġodda, żminijiet illi se jġibulna żgur sfidi quddiemna u li ndawruhom f’opportunitajiet għal pajjiżna. Jiena nieħu pjaċir illi għal darb’oħra, bħala Prim Ministru tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, nidħol fid-djar tagħkom u nixtiqilkom ilkoll minn qalbi Milied hieni. Milied illi jerġa’ jwasslilna dawk is-sentimenti veri ta’ dak kollu li jagħmilna ferħanin. Dak kollu li jagħmilna parti mill-familja waħda li ngħixu f’dan il-pajjiż u nħarsu ’l quddiem lejn is-sena l-ġdida, u nawgura lil kulħadd din is-sena l-ġdida tkun sena mimlija riżq u barka għalina lkoll.

Insellmilkom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow