Messagg tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena Mill-E.T. il-President ta’ Malta, Il-Prof. Guido de Marco
pr1581
24/12/2003
| Huti | Maltin u Ghawdxin, |
| Hmistax | ilu, assistejt ghal kuncert korali gewwa il-Fontana Ghawdex. L-innijiet helwin tal-Milied, interpretati bl-ikbar armonija haduni lura fiz-zmien, u ghext in-nostalgija ta’ meta konna tfal. Kienu momenti pjacevoli hafna specjalment meta l-vuci angelica tat-tfal imliet il-knisja bin-noti tal-kant sabih Malti ‘Ninni la tibkix izjed’. |
| Il-Milied | hu festa personali, jerga’ jaghmilna tfal fl-ispirtu: hu zmien ta’ ghaqda familjari; ta’ hbiberija mgedda; ta’ solidarjetà ma’ min jinsab ghaddej minn perjodu iebes. Il-Milied hu fuq kollox zmien ta’ riflessjoni. |
| Din | is-sena li waslet biex tispicca, kienet wahda partikolari hafna kemm ghalina bhala poplu, kif ukoll ghall-komunità internazzjonali li minnha pajjizna jaghmel parti. |
| Ghalina | l-Maltin, 1-2003 tibqa` mfakkra ghad-decizjoni li hadna bhala poplu biex Malta kkonfermat il-post taghha fl-Unjoni Ewropea: wara l-kisba ta’ l-Indipendenza u sussegwentament il-fondazzjoni tar-Repubblika, Malta fi ftit xhur ohra ser issir Membru fl-Unjoni Europea. Id-dhul taghna fl-Unjoni Ewropea mhuwiex fini fih innifsu, izda l-bidu ta’ triq importanti li tkompli tavvanza l-mixja ’l quddiem tal-poplu Malti. Imis lilna li napprofittaw ruhna mill-opportunitajiet li taghtina din l-Ewropa biex flimkien bhala poplu, nistabilixxu ruhna f’din l-Unjoni Ewropea ghall-prosperità tal-Maltin u l-Ghawdxin. |
| Kif | dejjem emmint, Malta fl-Unjoni Ewropea ghandha wkoll missjoni importanti x’taqdi. Missjoni ispirata minn politika bbazata fuq il-principji tal-liberta`, id-djalogu bejn il-gnus u s-sovranita` ta’ l-istati. Dawn il-principji ghal pajjizna m’humiex semplici retorika izda mezz kif verament nidderigu r-rilevanza ta’ pajjizna fir-regjun taghna u fil-komunita` internazzjonali. |
| Il-poplu | Malti jemmen fil-paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Hekk juru l-hafna missjunarji Maltin, li jmorru f’artijiet imbeghda, ’il boghod mill-familji taghhom biex filwaqt li jippridkaw il-kelma t-tajba, jikkumbattu wkoll il-faqar u l-mizerja; hekk tfisser il-generosità tal-mijiet ta’ zghazagh Maltin involuti fil-volontarjat li ta kull sena joffru l-vaganzi tas-sajf taghhom, hafna minnhom anke jsiefru barra minn Malta, biex joffru daqqa t’id lil min jinsab fid-diffikoltà. |
| Forsi | l-aqwa esportazzjoni nazzjonali, hija dan is-sens ta’ solidarjetà. |
| Matul | l-2003 kellna wkoll raguni ghal thassib. Irrid nghid kemm inhossni vicin, specjalment f’dawn il-granet, ma’ dawk kollha li ghaddejjin minn xi problemi. Meta jien nisma’ b’numru ta’ nies qeghda, jien nara mhux biss ic-cifri, izda nara ucuh, nara familji li jkunu ghaddejjin minn inkwiet. |
| L-istess | inhoss ruhi hafna vicin dawk li jinsabu fl-isptarijiet fejn, il-fatt li jkunu barra minn darhom f’dawn il-granet, izid mat-tbatija taghhom. Inhossni vicin in-nies li jinsabu privi mill-libertà jew qeghdin jiskontaw piena l-habs. Dawn huma hutna wkoll u naf kemm fil-granet tal-Milied ihossu l-firda u s-solitudini. Lilhom u lill-familji taghhom nawgura l-isbah xewqat tieghi. |
| Nemmen | li l-Milied huwa moment ta’ solidarjetà. Fostna, f’Malta, ghandna mijiet ta’ rifugjati, rifugjati mill-guh u rifugjati mill-ghera. Jehtieg li fis-salvagwardji li niehdu necessarjament bhala poplu, ma ninsewx li dawn huma vittmi ta’ tbatija u ta’ ghaks. |
| Fix-xena | internazzjonali komplejna naraw l-apatija ta` l-umanita` kontra l-ingustizzja. |
| Ghaddiet | sena ohra, u ma tidhirx fil-qrib ir-realizzazzjoni ta’ l-Istat Palestinjan — ic-cahda tal-paci, gejja minn fejn gejja hi ingustizzja. |
| Rajna | zieda fit-terrorizmu, terrorizmu li jhalli hafna vittmi innocenti. |
| Rajna | llkoll l-izvilupp tal-gwerra fl-Iraq. Jidher li wasal iz-zmien li dan il-poplu Iraqi jerga jibda jhares ’l quddiem u jerga` jikkostruixxi l-futur ghall-uliedu. Pajjizna jibqa` impenjat fis-shih fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti ghax fih insibu l-garanzija tal-paci u l-istabilità. |
| Gheziez | Maltin u Ghawdxin, |
| Din hija l-hames darba li qieghed nindirizzalkom l-awguri tieghi | ghall-Milied u s-Sena l-Gdida bhala l-President ta’ Malta. Xoghli, kif ukoll ix-xoghol tal-mara tieghi, johodna regolarment qrib l-iktar batuti fost is-socjetà Maltija. Pero’ konna wkoll fortunati ghax missejna b’idejna l-altruizmu tal-poplu Malti, rajna mill-vicin il-qalb hanina li biha Alla ghogbu jbirek lill-pajjizna. Huma hafna fostna, li fis-skiet, minghajr hadd ma jaf, joffru minn dak li ghandhom biex haddiehor jghix ahjar. Dan hu l-poplu Malti, poplu li jahseb f’ghajru. Ghalija, irrid nghid, li mhemmx unur akbar minn dan li nirraprezentakom. Nirringrazzjakom talli tajtuni l-opportunità li nservikom. |
| Nawgura | lilkom ilkoll, lil familji taghkom, il-Milied it-tajjeb u s-sena l-gdida mimlija risq u hena. |
| Grazzi | hafna minn qalbi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en