Inawgurat presepju kbir fil-bajja tal-Balluta
pr1580
23/12/2003
| Il-Ministru | għat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech il-bierah 22 ta’ Diċembru, inawgura presepju kbir fil-livell tal-baħar, u taħt it-triq, fil-bajja tal-Balluta. |
| Il-presepju | – iddisinjat minn Marcelline Cutajar tal-kumpannija SignIt u maħdum mill-istess kumpanija – hu magħmul minn tliet stampi kbar ta’ 6.5 metri bi tliet metri kull waħda. |
| Dan | ix-xogħol ġie kummisjonat mill-Product Planning and Development Directorate ta’ l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. |
| Dan | il-presepju jkompli jkabbar l-ispirtu tal-Milied, wara li s-sena li ghaddiet, il-Ministru Francis Zammit Dimech xegħel is-siġar tul il-promenade twil żewġ kilometri u nofs ta’ tas-Sliema u San Ġiljan b’16,000 bozza. |
| Għal | din il-preżentazzjoni attenda wkoll is-Sindku ta’ San Ġiljan, Peter Bonello. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en