TITNIEDA L-KAMPANJA "SAFE AND SOUND... YOUR GIFT FOR LIFE"
pr1576
22/12/2003
"Iż-żgħażagħ Maltin għandhom jisfruttaw l-opportunitajiet li għandhom biex joħorġu t-talenti tagħhom u dan jistgħu jagħmluh biss jekk ikunu f'sensihom, luċidi u jkunu jafu x'inhuma jagħmlu."
Dan qalu l-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett nhar is-Sibt 20 ta` Dicembru meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet matul it-tnedija tal-kampanja "Safe and Sound... Your Gift for Life" miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika biex titqajjem kuxjenza dwar il-bżonn li nieħdu ħsieb saħħitna u saħħet dawk ta' madwarna matul żmien il-festi.
| Il-Ministru Mugliett qal li l-isbaħ element li | joħroġ minn din il-kampanja huwa li din qed tittella` miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ. |
| "Fejn jidħol l-abbuż mill-alkohol u sustanzi | oħra ta' spiss joħroġ li tkun il-pressjoni minn żgħażagħ oħra li twassal għal dan l-abbuż. Il-fatt li għandek żgħażagħ illi qed jgħidulek li biex tieħu pjaċir f'dan iż-żmien ta' festi m'għandekx għalxiex tabbuża jagħti aktar saħħa lil dak il-mesaġġ," żied il-Ministru. |
| Hu tenna li kulħadd jiddeverti u jistenna li jieħu | pjaċir f'dawn il-ġranet iżda l-pjaċir m'għandux iwassal għal inċidenti jew saħansitra imwiet. Hu qal l-abbuż mill-alkoħol jew sustanzi oħra iħalli ukoll effetti ħżiena li wieħed jista' jibda jiskoprihom aktar tard f'ħajtu, meta jkun tard wisq. |
| Il-kampanja "Safe and Sound... Your Gift for | Life" tinkludi żewġ public service announcements li ttellgħu u ġew prodotti miż-żgħażagħ biex jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali. Hemm ukoll avviżi li ser jixxandru bir-radju. |
| Il-konferenza ta` l-aħbarijiet ġiet indirizzata | ukoll minn uffiċjali ta` l-Aġenzija Sedqa, tal-Caritas, il-Health Promotion Department, kif ukoll mill-Kunsill Nazzjonali Zgħażagħ, fost oħrajn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en