Left arrow Mur Lura

MESSAĠĠ MILL-PRIM MINISTRU LILL-MEMBRI TA’ L-ISTAMPA, MEMBRI TA’ KUNSILLI U KORPI KOSTITWITI, TRADE UNIONS, RAPPREŻENTANTI TA’ PARTITI POLITIĊI U GĦAQDIET OĦRA

pr1574
Date Icon 19/12/2003
Waqtriċeviment għall-membri ta’ l-istampa, korpi kostitwiti u diversi għaqdiet oħra, il-Prim Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami ddeskriva s-sena li waslet fi tmiemha bħala waħda sodisfaċenti fejn kulħadd iddiskuta u ħadem flimkien.
Il-PrimMinistru qal li l-kunsens bejn il-partijiet soċjali kollha huwa il-formula tas-suċċess li għandu bżonn pajjiżna.  Jeħtieġ li kulħadd jirrealiżża li qed ngħixu fi żminijiet ġodda fejn l-ambjent qed jinbidel f’kull sens anke fil-postijiet tax-xogħol tagħna.  Huwa rrefera għall-industrija tal-manifattura fejn huwa bżonn li jsir eżami mill-aktar profond ta’ kif nistgħu nkunu aktar kompetittivi.  Il-Prim Ministru semma’ wkoll il-qasam tat-turiżmu fejn kull min hu involut qed jistudja kif jista’ jtejjeb il-prodott u jiżgura li jkompli jimxi ’l quddiem.
Karatteristikaewlenija tal-pajjiżi Ewropej hija li rnexxielhom joħolqu sistema ta’ welfare li rrendiet.  Pajjiżna, sostna l-Prim Ministru, għandu sistema ta’ welfare li tipparaguna ma’ l-aħjar fil-pajjiżi l-oħra.  Fl-istess ħin kulħadd qed jara kif nistgħu niżguraw li nżommu dan il-livell li għandna llum li qed inwettqu flimkien.
Il-PrimMinistru żied jgħid li huwa fatt pożittiv li l-poplu Malti bħalissa għandu aspettattivi għolja.  Kulħadd huwa ħerqan biex jara l-effetti tad-deċiżjoni li l-poplu Malti ħa.  Huwa esprima fiduċja li dawn se jkunu effetti pożittivi.
Il-PrimMinistru kkonkluda billi rringrazzja lil dawk preżenti għall-ħidma tagħhom u awgura li dan iż-żmien tal-Milied jagħti lil kulħadd l-enerġija meħtieġa biex jaffronta sena ġdida b’kuraġġ u fiduċja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow