MESSAĠĠ MILL-PRIM MINISTRU LILL-MEMBRI TA’ L-ISTAMPA, MEMBRI TA’ KUNSILLI U KORPI KOSTITWITI, TRADE UNIONS, RAPPREŻENTANTI TA’ PARTITI POLITIĊI U GĦAQDIET OĦRA
pr1574
19/12/2003
| Waqt | riċeviment għall-membri ta’ l-istampa, korpi kostitwiti u diversi għaqdiet oħra, il-Prim Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami ddeskriva s-sena li waslet fi tmiemha bħala waħda sodisfaċenti fejn kulħadd iddiskuta u ħadem flimkien. |
| Il-Prim | Ministru qal li l-kunsens bejn il-partijiet soċjali kollha huwa il-formula tas-suċċess li għandu bżonn pajjiżna. Jeħtieġ li kulħadd jirrealiżża li qed ngħixu fi żminijiet ġodda fejn l-ambjent qed jinbidel f’kull sens anke fil-postijiet tax-xogħol tagħna. Huwa rrefera għall-industrija tal-manifattura fejn huwa bżonn li jsir eżami mill-aktar profond ta’ kif nistgħu nkunu aktar kompetittivi. Il-Prim Ministru semma’ wkoll il-qasam tat-turiżmu fejn kull min hu involut qed jistudja kif jista’ jtejjeb il-prodott u jiżgura li jkompli jimxi ’l quddiem. |
| Karatteristika | ewlenija tal-pajjiżi Ewropej hija li rnexxielhom joħolqu sistema ta’ welfare li rrendiet. Pajjiżna, sostna l-Prim Ministru, għandu sistema ta’ welfare li tipparaguna ma’ l-aħjar fil-pajjiżi l-oħra. Fl-istess ħin kulħadd qed jara kif nistgħu niżguraw li nżommu dan il-livell li għandna llum li qed inwettqu flimkien. |
| Il-Prim | Ministru żied jgħid li huwa fatt pożittiv li l-poplu Malti bħalissa għandu aspettattivi għolja. Kulħadd huwa ħerqan biex jara l-effetti tad-deċiżjoni li l-poplu Malti ħa. Huwa esprima fiduċja li dawn se jkunu effetti pożittivi. |
| Il-Prim | Ministru kkonkluda billi rringrazzja lil dawk preżenti għall-ħidma tagħhom u awgura li dan iż-żmien tal-Milied jagħti lil kulħadd l-enerġija meħtieġa biex jaffronta sena ġdida b’kuraġġ u fiduċja. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en