FTEHIM GHALL-UZU TA’ L-INFRASTRUTTURA TA’ L-ENEMALTA GHAT-TRASMISSJONI TA’ ‘DATA’ LEJN GHAWDEX
pr1573
19/12/2003
Il-Mnistru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt illum ippresieda l-iffirmar ta’ ftehim bejn il-kumpanija Maltacom u l-Korporazzjoni Enemalta. Permezz ta’ dan il-ftehim il-kumpanija Maltacom ser tagħmel użu mill-infrastruttura ta` l-Enemalta biex tittrażmetti l-Informazzjoni (d-data)lejn Għawdex.
| Sal-lum il-komunikazzjoni lejn Għawdex kienet | titwassal permezz ta’ trasmissjoni bir-radju (microwave link). Permezz ta’ dan il-ftehim, issa l-Għawdxin ser ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-vantaġġi li joffri l-broadband internet. Il-Ministru Gatt enfasiżża li l-Gvern għandu missjoni li jegħleb il-firda diġitali. Filwaqt li l-Gvern ħa diversi miżuri biex jegħlbu numru ta’ ostakli li jeżistu, din tal-lum hija miżura oħra f’din il-missjoni. Dr. Austin Gatt kompla jghid li din l-inizjattiva għandha tipprovdi opportunitajiet ġodda għall-komunita` u għall-industrija Għawdxija biex tuża t-teknoloġiji u tgawdi bħall-bqija ta’ Malta mill-benfiċċji tas-soċjeta` u l-ekonomija ta’ l-informazzjoni. |
| Il-Ministru Gatt fisser li dan il-pass jirrifletti | wkoll il-ħidma tal-Gvern li nkattru l-ftehim (sinergiji) f’pajjiżna. Wasal iż-żmien li nieqfu naħdmu għal rasna. Fid-diskors tiegħu l-Ministru Gatt irrefera wkoll għall-potenzjal li jeżisti li nużaw il-cables li fuqhom jitwassal id-dawl f’kull dar, biex fuqhom jiġi trasmess il-broadband internet. Din il-possibilita` m’hix waħda faċli, iżda “qegħdin fl-istadju li nanaliżżaw u nistudjaw kif issir.” Il-Ministru Austin Gatt spjega li jekk jirnexxielna f’dan il-għan, kull dar f’Malta issib li għandha aċċess għat-teknoloġija ta’ l-Internet imwassla sal-bieb ta’ barra. Huwa spjega li jekk dan il-għan jintlaħaq, inkunu erġajna rnexxielna nużaw it-teknoloġiji l-ġodda biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. |
| Fi tmiem id-diskors tiegħu, l-Ministru Gatt awgura | lis-sur Sonny Portelli għall-ħatra tiegħu bħala Chairman, u rringrazzja lis-Sur Joe FX Zahra għall-ħidma tiegħu ta’ kemm dam Chairman tal-kumpanija Maltacom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en