ATTIVITA` TAL-MILIED GHALL-MEMBRI BI BŻONNIJIET SPECJALI TA` L-ADULT TRAINING CENTRE F’GĦAWDEX
pr1572
19/12/2003
| Bħal fis-snin l-imgħoddija, iċ-Ċentru ta’ Taħriġ (Adult | Training Centre)f’Għajnsielem, organizza attivita` fejn il-persunaġġ ta’ Father Christmas iqassam diversi rigali lill-membri bi bżonnijiet speċjali li jattendu l-istess Ċentru f’Għawdex. L-attivita` ta’ din is-sena ġiet organizzata nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Diċembru 2003. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, | waqt diskors ta’ l-okkażjoni faħħret l-impenn ta’ l-istaff taċ-Ċentru ta’ Taħriġ u tal-ġenituri tat-tfal għad-dedikazzjoni tagħhom sabiex ifittxu li jtejbu dejjem aktar il-qagħda tal-persuni b’diżabilita` f’Għawdex filwaqt illi kkonfermat l-għajnuna li dejjem ta` l-Gvern favur dan il-qasam. |
| Preżenti wkoll għall-okkażjoni, kien hemm ukoll | is-Sindku tal-lokalita` ta’ Għajnsielem, Frans Cauchi u l-Arċipriet tar-raħal, Dun Ġużepp Zerafa. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en