Imniedi Quality Service Charter iehor fl-Isptar Generali t’Ghawdex
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalghodu giet ippreżentata bil-kopja ta’ Quality Service Charter iehor ghal dipartiment fl-Isptar Generali t’Ghawdex.
Dan ic-charter huwa l-ahhar charter moghti lil xi dipartiment f’Malta jew Ghawdex. Issa b’kollox hemm 46 dipartiment jew taqsima li ppublikaw il-Quality Service Charter taghhom minn meta tnediet l-inizjattiva inqas minn sitt snin ilu. Tnax (12) minn dawn huma fil-fatt f’Ghawdex.
L-introduzzjoni ta’ Quality Service Charter fid-Dipartiment tad-Dhul u l-Emergenza fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex hija konferma ufficcjali ta’ l-impenn tal-Gvern illi jkompli jtejjeb il-kwalita` ta’ servizz li jinghata minn hawnhekk. Dan bil-ghan illi kull min jigi fil-bżonn ta’ din l-unika facilita’ ta’ emergenza f’Ghawdex, jiehu l-oghla livell ta’ servizz fl-iqsar hin possibbli.
Il-linji ta’ gwida elenkati fil-Quality Service Charter iqeghdu fuq quddiem nett id-dritt tal-pazjent li jircievi servizz tas-sahha skond il-htigijiet klinici tieghu u li jaghti, jew jichad il-kunsens tieghu ghal trattament mediku. Min-naha l-ohra, ghandu jistenna servizz ta’ kwalita’ kemm mid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, kif ukoll mis-sezzjoni ta’ l-Ambulanza. Id-Dipartiment qed jobbliga lilu nnifsu li jipprovdi servizzi lil kull min hu fil-bżonn, inkluż tfal, anzjani u persuni b’diżabilita’.
Id-dipartiment qed jorbot lilu nnifsu b’kunsiderazzjonijiet li jqieghdu lill-pazjent fuq quddiem nett. Bhala klijent tad-dipartiment, il-pazjent ghandu d-dritt li jkun infurmat b’servizzi li jinghataw minn hawnhekk, jigi mgharraf bi trattament propost ghalih, jinżammu records u informazzjoni dwaru b’mod kunfidenzjali, jinghata risposti sodisfacenti ghall-mistoqsijiet tieghu u jinghata appuntamenti ta’ follow-up skond il-htigijiet medici tieghu.
Ic-Charter ippubblikat illum jistipola li f’każ li l-pazjent imdahhal fid-dipartiment ikollu każ urgenti, it-tabib tad-dipartiment jarah immedjatament. Jekk il-każ ma jkunx meqjus bhala urgenti, allura l-pazjent jista’ jistenna sa massimu ta’ nofs siegha wara li jigi assessjat min-nurse. F’każi ta’ emergenza d-dipartiment jiehu hsieb l-iktar każ urgenti u jimxi bi prattika ta’ first come first served.
F’każ li l-pazjent jenhtieg jaghmel ilment, jista’ jikteb lis-Supretendent Mediku fl-Isptar Generali t’Ghawdex. L-Isptar jistieden ukoll lill-pazjenti tieghu biex jghaddu l-kummenti taghhom dwar is-servizz permezz tas-suggestion box fid-dipartiment jew inkella permezz tal-Customer Care system (www.servizz.gov.mt)
| Id-Dipartiment tad-Dhul u l-Emergenza huwa miftuh 24 | siegha kuljum, sebat ijiem fil-gimgha, inkluż il-btajjel pubblici. Il-pazjent jista’ jinqeda mis-servizzi offruti hawnhekk kemm jekk jigi riferut mit-tabib kif ukoll jekk jirreferi lilu nnifsu. Minn dan id-dipartiment il-pazjent ghandu d-dritt li jigi moghti preskrizzjoni ta’ medicina marbuta mal-każ tieghu, kif ukoll ghadd ta’ servizzi ohra. Id-dipartiment jaqdi l-funzjoni ta’ health centre bejn it-8pm u t-8am. |
| Is-sezzjoni ta’ l-Ambulanza toffri servizz ta’ | emergenza, trasport minn u lejn sptarijiet ohra tal-Gvern f’Malta, trasport tal-pazjent minn u lejn id-dar (certi kundizzjonijiet japplikaw), trasport ta’ pazjenti residenti fl-isptar lejn attivitajiet socjali, u trasport tal-pazjenti mid-dar lejn sptarijiet privati f’Malta jew Ghawdex, il-Heliport t’Ghawdex u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (certi kundizzjonijiet japplikaw). F’emergenza medika jew f’każ ta’ incident, is-servizz ta’ l-ambulanza huwa disponibbli 24 siegha kuljum, sebat ijiem fil-gimgha, inkluż btajjel pubblici permezz tan-numru tat-telefon 196. Id-dipartiment tad-Dhul u l-Emergenza jinforma lill-Ambulanza li tintbaghat fuq is-sit ta’ l-incident jew emergenza fi żmien 4 minuti. |
| Fid-diskors taghha waqt l-ghoti tac-Charter | dalghodu, il-Ministru Debono sahqet fuq l-importanza ta’ servizz tas-sahha efficjenti u li jqieghed fuq quddiem il-htigijiet medici u socjali tal-pazjent. Il-klijent qieghed isir dejjem iktar il-punt fokali ghas-Servizz Pubbliku u ghalhekk inhasset il-htiega li dan id-dipartiment importanti fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex jorbot lilu nnifsu b’certi obbligazzjonijiet favur tal-pazjenti tieghu. |
| Il-Ministru rringrazzjat lill-istaff kollu ta’ l-Isptar | Generali t’Ghawdex, b’mod partikolari tad-Dipartiment tad-Dhul u l-Emergenza, tax-xoghol siewi li jwettqu matul is-sena. B’mod partikolari, il-Ministru ghal Ghawdex irringrazzjat lid-dipartiment koncernat tal-hidma ta’ fejda li ssir, sabiex sitwazzjonijiet tragici jigu ndirizzati bl-ahjar mod possibbli. Il-Ministru Debono rreferiet ukoll ghall-progetti infrastrutturali li saru matul dawn l-ahhar snin f’dipartimenti diversi ta’ l-Isptar Generali t’Ghawdex fosthom ukoll id-dipartiment ta’ l-Emergenza. |
| Hawnhekk, din is-sezzjoni giet rinnovata permezz ta’ | progett ta’ tkabbir u tisbih permezz ta’ xoghlijiet u xiri ta’ apparat, kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ ambulance bay gdida, waiting area gdida, facilitajiet ahjar ghall-pazjenti kif ukoll ambulanza gdida li żdiedet mal-fleet preżenti. |
| Dr Anthony Livori, Supretendent Mediku ta’ l-Isptar | Generali ta’ Ghawdex qal illi ‘l fuq minn 12,000 ruh jaghmlu użu mid-Dipartiment tal-Emergenza kull sena. Huwa qal ukoll li haddiema f’dawn iż-żewg dipartimenti generalment ikunu l-ewwel kuntatt ta’ min ikollu bzonn is-servizz tal-isptar u huwa ghallhekk li dawn dejjem jistinkaw biex jaghtu servizz ta’ kwalita’ u personalizzat. |
| Preżenti ghall-okkażjoni kien hemm ukoll is-Sur | Anthony Mifsud li rringrazzja lid- dipartiment koncernat talli laqa’ l-isfida ewlenija li jipprovdi servizz ta’ kwalita’, filwaqt li awgura li iktar dipartimenti Governattivi jadottaw l-implimentazzjoni ta’ Quality Service Charters. Ghall-okkażżjoni kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ghal Ghawdex, is-Sur Frank Psaila. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en