Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-PRIM MINISTRU LILL-KAPIJIET TAD-DIPARTIMENTI

pr1562
Date Icon 18/12/2003

Waqt riċeviment għall-Kapijiet tad-Dipartimenti, il-Prim Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami, qal li din kienet sena partikulari għaliex kienet waħda determinanti għall-futur ta’ pajjiżna fejn tajna prova tad-demokrazija fl-aspetti kollha tagħha.

Il-poplu rrisponda bi ħġaru f’elezzjoni ureferendum u kien kapaċi jiddeċiedi sabiex illum nafu li l-pajjiż qed iħares ’il quddiem. Il-Prim Ministru fakkar li dak li ġara din is-sena kien il-frott ta’ ħidma intensiva ta’ l-amminstrazzjoni pubblika. Il-proċess kollu tal-preparazzjoni ta’ pajjiżna kien prova tal-ħila tas-servizz pubbliku partikularment fid-diskussjonijiet matul in-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru żied jgħid li dak li jirrigwardas-servizz pubbliku direttament, l-isfida tas-sena d-dieħla se tkun kif napplikaw dak li ilna nitkellmu dwaru; li jkollna għall-ewwel darba f’pajjiżna Public Service Act li se tirriforma radikalment il-mod kif jaħdem is-servizz ċivili ta’ pajjiżna. Il-Prim Ministru esprima x-xewqa li jkun hawn dibattitu ħaj ta’ kif qed naraw is-servizz pubbliku jevolvi fis-snin li ġejjin u li nsaħħu l-etika li diġa’ teżisti fis-servizz ċivili tagħna.
Il-Prim Ministru qal li l-fatt li Malta se tkunmembru ta’ l-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla huwa sfida għalina lkoll sabiex nagħmlu l-aħjar li nistgħu minn din l-opportunita’. Huwa esprima wkoll fiduċja li kulħadd se jagħmel l-aħjar minn din l-okkażjoni u jagħti l-aħjar li jista’ għal pajjiżu. Huwa ġust ukoll li jkun hawn il-kritika, żied il-Prim Ministru, għaliex tkun waħda mill-fatturi li tgħinna biex dejjem nagħtu riżultati aħjar individwalment u kollettivament.
Il-Prim Ministru kkonkluda billi rringrazzja mill-ġdidlil dawk preżenti filwaqt li wassal l-awguri tiegħu għal Milied hieni u sena mimlija ġid lil kulhadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow