Left arrow Mur Lura

MA JISTAX ISIR BEJGĦ TA’ PRODOTTI TA’ TABAKK U ALKOHOL LILL-PERSUNI TA’ ANQAS MINN SITTAX IL-SENA

pr1559
Date Icon 18/12/2003
“Irrid infakkar li skondil-liġi tat-Trading Licences Regulations, Avviz Legali 102/2002 fil-Kundizzjonijiet tan-Negozju, li dawn jorbtu lil kull xorta ta’ negozju ta’ bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa jew manifattura u servizzi, ma jistax jinbiegħ alkohol u prodotti ta’ tabakk lill-persuni taħt is-16-il sena.” Dan qalu is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo.
Kemmwaqt dawn il-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida kif ukoll wara, għandu jkun hemm attenzjoni partikolari lejn din il-kundizzjoni tan-negozju li hemm fuq kull negozju biex ma jsirx dan il-bejgħ lit-tfal u persuni ta’ taħt is-sittax-il sena.  Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li “Hawn ukoll irrid niġbed l-attenzjoni biex il-ġenituri u adulti oħra ma jibgħatux lit-tfal tagħhom u oħrajn biex jixtru prodotti ta’ l-alkohol u tabakk.
Ladarbatezisti din il-kundizjoni ghal kull negozju irid ukoll nigbed l-attenzjoni li kull min jinqabghad ibiegħ lit-tfal u persuni taħt 16 il-sena jista’ jitħarrek għaliex ikun qed jikser kundizjoni ta’ negozju.”

L-Onor. Edwin Vassallo appella għall-ġid ta’ l-iżvilupp soċjali tal-poplu tagħna biex aktar persuni adulti jifhmu l-ħtieġa li t-tfal u adolexxenti tagħna għandhom ikunu mħarsa milli jkollhom l-okkażjoni li jiġu mqabbda jixtru dawn il-prodotti li jistgħu ikunu ta’ periklu għas-saħħa u l-iżvilupp ta’ l-adulti tagħna.  Huwa temm jgħid li “Bl-istess mod irrid ukoll nappella lis-sidien tal-ħwienet biex jifhmu aħjar il-ħtieġa li jikkollaboraw u joqogħdu għal dawn il-kundizzjonijiet.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow