Left arrow Mur Lura

INIZZJATTIVA OHRA BIEX TIGI ELIMINATA L-FIRDA DIGITALI

pr1558
Date Icon 18/12/2003

Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt illum ppreżenta numru ta’ Computers lil numru ta’ organizzazzjonijiet kif ukoll għodda oħra essenzjali fil-ġlieda biex tiġi eliminata l-firda diġitali. Fil-preżenza tas-Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali Frans Agius u Dolores Cristina, ġew ipprezentati:

4 kompjuters lid-djar tal-kenn għan-nisa:  

Merħba Bik

Għabex

Lourdes

Qalbta’ Ġesù
16-ilkompjuter għad-djar ta’ l-anzjani

9 biex jintużaw f’Computer Centre Kbir f’ San Vinċenz de Paul;

Komputersgħad-Djar ta’ l-anzjani f’ Bormla, Floriana, Gżira, Mosta, Msida, Mtarfa, Żejtun, u Little Sisters of the Poor.
Serjingħata wkoll il-kors myWeb lir-residenti ta’ Villa Chelsea u ser issir Website  għall-Assoċjazzjoni tal-Pensjonanti.
Il-MinistruAustin Gatt spjega li permezz ta’ din l-inizjattiva qed nilħqu setturi importanti tas-soċjetà tagħna li huma l-aktar f’riskju li jibqgħu fuq in-naħa l-ħażina tal-firda diġitali. Dolores Cristina u t-Tabib Frans Agius minn naħa tagħhom tkellmu wkoll fuq l-importanza ta’ din l-inizjattiva biex inkomplu nxerrdu l-użu tat-teknoloġija fl-isferi kollha tal-komunità Maltija.

L-Onor. Austin Gatt tkellem ukoll dwar il-ħidma ppjanata fix-xhur li ġejjin. Huwa semma li l-Gvern ser jfittex il-kollaborazzjoni tal-mezzi tax-xandir biex nużaw it-televiżjoni bħala l-aqwa għodda ta’ l-eLearning. Inizjattiva oħra ser tkun tinkludi għajnuna lill-Għaqdiet M’hux Governattivi biex isiru s-sinsla tat-tkabbir ta’ l-għarfien tat-teknoloġiji fil-komunità. Ser issir ukoll ħidma biex ngħinu lill-istituzzjonijiet edukattivi li jaħdmu ma’ tfal minn oqsma anqas privileġġjati biex dawn l-iskejjel isiru mudell teknoloġiku li jiġbed l-attenzjoni tas-soċjetà Maltija. Il-Gvern ser ikompli jaħdem mal-Kunsilli Lokali biex dawn isiru il-pilastru tan-network teknoloġiku nazzjonali biex jintlaħqu l-komunitajiet Maltin kollha. Huwa importanti li nkomplu naħdmu biex niftħu aktar postijiet pubbliċi m’nejn wieħed juża l-Internet fejn hemm bżonnhom.

Is-SegretarjuParlamentari l-Onor. Dolores Cristina spjegat li permezz ta’ din id-donazzjoni kif ukoll grazzi għall-internet connection li ser ikun hemm f’dawn id-djar, issa r-residenti m’hux ser jkollhom għalfejn joħorġu  minn djarhom biex jużaw is-servizzi tal-Gvern.  Hija sostniet li permezz ta’ din id-donazzjoni ir-residenti tad-djar u uliedhom ser jkollhom opportunità li jużaw it-teknoloġija għall-ġid tagħhom.
Is-SegretarjuParlamentari, l-Onor. Frans Agius irringrazzja lill-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni għal din id-donazzjoni. Huwa wkoll fisser l-importanza tat-Teknoloġijja ta’ l-Informazzjoni biex ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ l-anzjani.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow