INIZZJATTIVA OHRA BIEX TIGI ELIMINATA L-FIRDA DIGITALI
Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt illum ppreżenta numru ta’ Computers lil numru ta’ organizzazzjonijiet kif ukoll għodda oħra essenzjali fil-ġlieda biex tiġi eliminata l-firda diġitali. Fil-preżenza tas-Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali Frans Agius u Dolores Cristina, ġew ipprezentati:
4 kompjuters lid-djar tal-kenn għan-nisa:
Merħba Bik
Għabex
Lourdes
| Qalb | ta’ Ġesù |
| 16-il | kompjuter għad-djar ta’ l-anzjani |
9 biex jintużaw f’Computer Centre Kbir f’ San Vinċenz de Paul;
| Komputers | għad-Djar ta’ l-anzjani f’ Bormla, Floriana, Gżira, Mosta, Msida, Mtarfa, Żejtun, u Little Sisters of the Poor. |
| Ser | jingħata wkoll il-kors myWeb lir-residenti ta’ Villa Chelsea u ser issir Website għall-Assoċjazzjoni tal-Pensjonanti. |
| Il-Ministru | Austin Gatt spjega li permezz ta’ din l-inizjattiva qed nilħqu setturi importanti tas-soċjetà tagħna li huma l-aktar f’riskju li jibqgħu fuq in-naħa l-ħażina tal-firda diġitali. Dolores Cristina u t-Tabib Frans Agius minn naħa tagħhom tkellmu wkoll fuq l-importanza ta’ din l-inizjattiva biex inkomplu nxerrdu l-użu tat-teknoloġija fl-isferi kollha tal-komunità Maltija. |
L-Onor. Austin Gatt tkellem ukoll dwar il-ħidma ppjanata fix-xhur li ġejjin. Huwa semma li l-Gvern ser jfittex il-kollaborazzjoni tal-mezzi tax-xandir biex nużaw it-televiżjoni bħala l-aqwa għodda ta’ l-eLearning. Inizjattiva oħra ser tkun tinkludi għajnuna lill-Għaqdiet M’hux Governattivi biex isiru s-sinsla tat-tkabbir ta’ l-għarfien tat-teknoloġiji fil-komunità. Ser issir ukoll ħidma biex ngħinu lill-istituzzjonijiet edukattivi li jaħdmu ma’ tfal minn oqsma anqas privileġġjati biex dawn l-iskejjel isiru mudell teknoloġiku li jiġbed l-attenzjoni tas-soċjetà Maltija. Il-Gvern ser ikompli jaħdem mal-Kunsilli Lokali biex dawn isiru il-pilastru tan-network teknoloġiku nazzjonali biex jintlaħqu l-komunitajiet Maltin kollha. Huwa importanti li nkomplu naħdmu biex niftħu aktar postijiet pubbliċi m’nejn wieħed juża l-Internet fejn hemm bżonnhom.
| Is-Segretarju | Parlamentari l-Onor. Dolores Cristina spjegat li permezz ta’ din id-donazzjoni kif ukoll grazzi għall-internet connection li ser ikun hemm f’dawn id-djar, issa r-residenti m’hux ser jkollhom għalfejn joħorġu minn djarhom biex jużaw is-servizzi tal-Gvern. Hija sostniet li permezz ta’ din id-donazzjoni ir-residenti tad-djar u uliedhom ser jkollhom opportunità li jużaw it-teknoloġija għall-ġid tagħhom. |
| Is-Segretarju | Parlamentari, l-Onor. Frans Agius irringrazzja lill-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni għal din id-donazzjoni. Huwa wkoll fisser l-importanza tat-Teknoloġijja ta’ l-Informazzjoni biex ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ l-anzjani. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en