Left arrow Go Back

Tqassim tar-rigali fir-residenza ta’ San Vincenz de Paul

pr1554
Date Icon 17/12/2003
Is-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali, l-Onor. Francis Agius, dalghodu qassam ir-rigali lir-residenti gewwa San Vincenz de Paul bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-Festi tal-Milied.
Metandirizza lill-anzjani  u lill-impjegati tar-residenza San Vincenz, is-Segretarju Parlamentari Agius  sahaq li hu ser ikompli jahdem biex il-politika tal-Gvern li jara li l-anzjani jkollhom l-ahjar servizzi, tkompli titwettaq  u hekk, hadd ma jibqa’ lura.  Francis Agius spjega fid-dettal kif l-anzjani ser jintlaqtu mill-mizuri l-godda  kif imhabbra fil-budget.

Dr. Agius qal li l-Gvern se jibqa’ mpenjat li jgholli l-kwalita’ tas-servizzi li ahna naghtu specjalment lil dawk l-anzjani li huma l-aktar dghajfa u li ghandhom bzonn livell ta' kura li huwa ghola minn dak normali. Bhalissa fid-djar tal-Gvern hemm 'l fuq minn 700 resident, filwaqt li f'San Vincenz hemm 'l fuq minn 1,000 anzjan.   

Ahnanafu li whud mir-residenti fid-djar tal-Gvern dahlu fihom minkejja li kienu fizikament kapaci jghixu b'mod indipendenti. Madanakollu nafu wkoll, li matul is-snin, dawn l-istess anzjani ser jibdew ikollhom bzonn livell ta' ghajnuna ghola u ghalhekk irridu nahsbu biex ikollna s-servizzi necessarji, halli naqdu l-bzonnijiet ta' dawn l-anzjani meta jasal iz-zmien.
Kienghalhekk illi ttiehdet il-mizura mhabbra mill-Gvern,  illi l-finanzi tal-Welfare Committee (maghmula mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani) ghandhom jibdew jigu inkorporati go “sub fund” specjali taht il-Fond Konsolidat. Dan ikun jista jippermetti li ssir amministrazzjoni ahjar ta' dawn il-fondi li fuq medda ta' zmien, iridu jibdew jiffinanzjaw mhux biss progetti kapitali, imma wkoll l-ispiza rikorrenti biex is-servizzi jkomplu jikbru u jitjiebu.
Sal-lum,il-finanzi tal-Welfare Committee ma setghux jigu wzati biex jiffinanzjaw l-ispiza rikorrenti fil-qasam tal-anzjani. B'din id-decizjoni nkunu nistghu nibdew nintroducu din il-bidla.
Huwaproprju ghalhekk, li ghall-ewwel darba, l-estimi qieghdin juru Lm1,300,000 bhala dhul taht il-fond konsolidat. Dan l-ammont maghdud ma’ l-ammonti l-ohra kollha li jidhlu mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani, ser ikun dedikat esklussivament ghal progetti u servizzi marbuta ma’ l-anzjani u l-persuni b'dizabilita.
Sal-lum,l-anzjani kollha fid-djar tal-Gvern kienu jhallsu 60% tad-dhul kollu taghhom bhala kontribuzzjoni ghas-servizz li jkunu qieghdin jircievu. Din is-sistema ma taghmel ebda distinzjoni bazata fuq il-livell ta' bzonn ta' l-individwu. L-anqas ma taghmel distinzjoni bejn min jiflah ihallas biex imur fi djar privata jew tal-Knisja, u min ma jiflahx ihallas; tant li jiddependi mis-solidarjeta’ socjali biex isib wens f'dar tal-Gvern. Dan ifisser li hemm min qieghed jiehu post ta' xi haddiehor, li ghandu ferm aktar bzonn u ferm anqas ghazliet. Il-mizura li habbar il-Gvern tindirizza dawn iz-zewg punti.
Bl-iskopli nsostnu l-livell gholi ta' servizzi ghal min huwa dipendenti, minn issa 'l quddiem, kull resident li hemm  f'San Vincenz u fit-tieni livell ta’ kura fid-dar ta' l-Imtarfa, ser ikollhom id-dhul mill-pensjonijiet taghhom imnaqqas bi 80%. Id-dhul l-iehor kollu taghhom ser jibqa jitnaqqas bir-rata ta' 60%. Madanakollu, r-residenti ezistenti f'dawn iz-zewg postijiet ser ikollhom limitu (capping) ekwivalenti ghall-massimu li l-Gvern ihallas biex jikri sodod mill-privat (ghal min ghandu bzonn livell gholi ta' servizz). Ir-residenti li jidhlu minn issa 'l quddiem, mhux ser ikollhom dan il-limitu (capping), ghaliex id-dhul taghhom ikun ifisser li jistghu facilment jikru sodda minghand il-privat.
Ir-residenti fid-djar tal-Gvern fil-komunita’ serjibqghu bi tnaqqis ta' 60% mill-pensjoni, ghaliex huma ma jircevux il-firxa shiha ta' servizzi medici li huma pprovduti f'San Vincenz u fit-tieni livell tad-dar ta' l-Imtarfa.

Dr. Agius temm id-diskors tieghu billi awgura lil anzjani u lill-haddiema kollha Milied hieni u sena mimlija gid, barka u hena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow