MIZURI TRANSITORJI FUQ TRASFERIMENTI TA’ PROPRJETA’ LI GEJJA MINN WIRT
pr1550
17/12/2003
| B’referenza | ghall-mizuri ta’ Taxxa fuq Qliegh Kapitali mehuda recentement mill-Gvern, kif imhabbra fid-diskors tal-Budget ghas-sena 2004; il-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici javza illi l-Gvern qed jiehu s-segwenti mizura transitorja. |
| It-taxxa tal-qliegh fuq bejgh ta’ proprjeta’ li gejja direttament | minn eredita’ u li fuqha kien hemm konvenji sal-24 ta’ Novembru 2003, qed tigi emendata kif ser jinghad: |
| [a] | it-taxxa fuq il-konvenji gia notifikati lill-Ministeru (fl-Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari ta’ Dr. Tony Abela), jew li jistghu jigu notifikati lill-istess Ministeru sa nhar it-Tnejn, 22 ta’ Dicembru, 2003 sa 4.30 p.m. min-Nutara jew Avukati, se jkunu suggetti ghal taxxa finali ta’ 5% (fuq il-prezz kontrattwali); kemm jekk jirreferu ghal proprjeta’ li ntirtet qabel il-25 ta’ Novembru 1992, kif ukoll ghal proprjeta’ li ntirtet wara l-25 ta’ Novembru 1992. |
| [b] | tali kuntratti jridu jigu ppubblikati sal-31 ta’ Marzu 2004, bit-Taxxa tad-Dokumenti u Tasferimenti Ohra (il-boll) imhallas u t-trasferiment insinwat sal-15 ta’ Mejju 2004. |
| Illi | sal-10 ta’ Jannar 2004 ser tohrog l-awtorizzazzjoni necessarja. Din tkun separata ghal kull konvenju “ad hoc”. |
| In-Nutara | u Avukati huma avzati illi sat-Tnejn, 5 ta Jannar 2004, jikkonsenjaw lill-Ministeru fuq imsemmi – informazzjoni dwar min huma l-bejjiegha u x-xerrejja fil-kazijiet li huma gia rregistraw jew li jistghu jirregistraw sat-22 ta’ Dicembru 2003. Dan sabiex tkun tista’ tohrog l-awtorizzazzjoni mehtiega. |
| Konvenji | li sal-lum ghadhom m’humiex avzati u li ma jigux avzati sat-22 ta’ Dicembru 2003, ma jidhlux f’din il-mizura transitorja. |
| Madankollu, | persuni jistghu jaghzlu illi mal-publikazzjoni tal-att finali jmorru ghal dawk il-mizuri mhabbra fil-Budget ghal dar-rigward. |
| Finalment jigi indikat li, fejn kuntratti gia gew ippublikati, | tinhareg awtorizzazzjoni sabiex jew isir hlas kif fuq indikat, jew tintalab rifuzjoni parzjali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en