IR-RAPPORT ANNWALI TA’ L-AWDITUR GENERALI GHAS-SENA 2002; U RAPPORT DWAR IL-HIDMA U L-ATTIVITAJIET TA’ L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA 2003
| Ir-Rapport Annwali ta’ L-Awditur | Generali ghas-Sena 2002 |
| Dan | ir-rapport jitkellem dwar diversi nuqqasijiet li nstabu waqt l-awditjar ghas-sena finanzjarja li ghalqet fil-31 ta’ Dicembru 2002. |
| L-analizi | tar-Rapport Finanzjarju ghas-sena 2002, li jittratta l-Fond Konsolidat kif ukoll il-Kapital u Djun, isemmi diskrepanzi kemm f’dak li hu dhul u nfieq, self ta’ flus li ghad iridu jigu mhallsa lura, investimenti u d-dejn pubbliku. Dawn li gejjin huma l-punti principali: |
· Ammont ta’ Lm 4.6 miljun ghas-sena 2002 fil-fatt dahal matul is-sena 2003 izda gie mizjud mad-dhul tas-sena li qed tigi trattata fir-Rapport;
· Ghalkemm il-Fond Pubbliku kif mizmum mill-Bank Centrali ma giex rikonciljat minn Gunju tas-sena 1992 sal-lum, sar progress konsiderevoli. Is-Sistema Rikoncilatorja tal-Bank bdiet tahdem fl-14 ta’ Ottubru 2002 fejn hawn gie uzat il-bilanc tal-ftuh tal-Fond Pubbliku kif jidher fil-Bank Centrali. Il-Bank Centrali ddikkjara l-ammont ta’ Lm15,824,194 f’dak li hu l-Fond Pubbliku sa’ l-31 ta’ Dicembru 2002 kontra bilanc ta’ Lm 14,158,033 kif jidher fir-rapport Finanzjarju tas-sena 2002.
| L-ammont | ta’ aktar minn Lm 363 miljun f’dawk li huma arrettrati ghadu jinhtieg attenzjoni kbira specjalment meta wiehed jikkunsidra li l-proceduri uzati biex bihom jingabru d-djun ma tantx jidhru li kienu efficjenti. Ma deherx li kien hemm inforzar fil-hlasijiet tal-multi kif ukoll f’certu kazijiet kien hemm ukoll dokumenti zbaljati. |
| L-abilita’ | tal-Koperazzjoni Maltija ta’ l-Izvilupp fil-gbir ta’ arretrati dovuti minn fabbriki f’dik li hija kera u l-funzjoni kif din il-Koperazzjoni timmonitorja ghajnunijiet moghtija ukoll jinthieg li tigi msahha. Kumpaniji msemmija fir-Rapport ta’ l-Awditur nstabu li ma onorowx l-obbligi kontrattwali. |
| Fil-kont | ta’ bank kummercjali mizmum f’isem id-Direttur ta’ l-Agrikoltura ghall-amministrazzjoni tal-fondi tal-Pitkali Market Scheme mhumiex jitnaqqsu cekkijiet li skadew, mill-ammont mizmum fil-kont. Barra minn dan, il-fondi relatati qed jinzammu mill-bank kontra dak li jghidu r-Regolamenti Finanzjarji. |
| Il-kustodja | ta’ flus fil-Qrati f’isem it-terzi partijiet kien jammonta ghal aktar minn Lm7 miljuni fl-ahhar tas-sena finanzjarja 2002. Dokumenti li juru ta’ min huma l-flus li qed jinzammu fil-kontijiet “below-the-line” ma kinux disponibbli. |
| Sitt Kunsilli Lokali | urew li kellhom bilanc negattiv fil-kapital attiv taghhom filwaqt li tlieta ohra kellhom infieq ferm aktar milli kellhom dhul f’gheluq is-sena finanzjarja taghhom fil-31 ta’ Marzu 2003. Rapport ta’ awditjar ta’ 52 KunsillLokali gew kwalifikati. L-aktar nuqqasijiet komuni li hemm imsemmija fir-Rapport ingabu ghall-attenzjoni matul snin finanzjarji precedenti. |
| Sebgha u tmenin fil-mija | tal-pagaturi tat-Taxxa Mizmuma mhumiex konformi mal-kondizzjonijiet ta’ l-Avviz Legali 51/2002 u ta’ l-Att II tas-sena 2002, u dan qed jirrizulta, fost difetti ohra, fi hlasijiet tard tat-taxxa fuq id-dhul. |
| Ghalkemm | id-Dipartiment tas-Sigurità Socjali ghandu sistema li biha assessur jikkalkula l-ammont ta’ beneficci li ghandu jircievi u sistema ohra li ticcekkja dan kollu, xorta ghadhom isiru pagamenti inqas jew aktar milli suppost. Dawn l-izbalji juru bic-car li l-process ta’ verifikazzjoni ghadu mhux daqshekk efficjenti. |
| Il-propjetà | kollha li giet trasfertia minn ghand il-Knisja ghall-Istat kellha tigi kollha validata u registrata mill-Ufficcju Kongunt sa tmiem is-sena 2003. Dan l-ezercizzju madankollu sar biss f’5 minn aktar minn 100 entità ekklesjastika. |
| Rakkomandazzjonijiet | li saru f’Gunju 2000 minn Bord ta’ Inkjestà, li kien twaqqaf apposta biex jinvestiga irregolaritajiet kbar li nstabu fil-“Cash Office” tal-Qrati, ma gewx indirizzati ghal kollox. F’fost dawn ir-rakkomandazzjonijiet kien hemm investigazzjoni mill-Pulizija, il-Cash Books kellhom jergghu jsiru mill-gdid u multi li gew ikkancellati kellhom fil-fatt jigu riattivati. |
| Ghadu jezizti nuqqas ta’ osservanza f’dawk li huma | kundizzjonijiet mitluba mir-Regoli u Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern. Hafna minn dawn in-nuqqasijiet issemmew f’Rapporti Annwali precedenti ta’ l-Awditur Generali. L-aktar li huma ta’ thassib huma dawn li gejjin: |
Infieq
Nuqqas ta’ segregazzjoni ta’ dmirijiet skond il-proceduri li bihom isir ix-xiri, sahansitra anke fejn jidhol l-iccekkjar tal-materjal mixtri.
· Ir-Regolamenti ghax-xiri u kontroll mhumiex dejjem qed jigu osservati;
· “Payment Vouchers” mhux dejjem qed ikunu akkumpanjati b’ircevuti fiskali;
· Spejjez mhumiex jidhlu fil-kont rispettiv kif ukoll spejjez ohra addizzjonali mhumiex jippermettu li jsir paragun sew bejn in-nefqa attwali u dik stmata minn qabel.
Dhul
| Il-kotba | tal-kontijiet u dokumenti ohra kif mitluba mil-ligi mhux dejjem qed ikunu mizmuma kif suppost u f’certu kazijiet anke ma jigux ipprezentati meta mitluba ghall-awditjar. |
| Il-kompletezza | ta’ dokumenti mhux dejjem tkun accertata u dan minhabba l-fatt li certu dipartimenti li jkollhom id-dhul mhux dejjem izommu “audit trail” sew. |
| Nuqqas ta’ segregazzjoni ta’ dmirijiet f’dak li ghandu | x’jaqsam ma’ gbir ta’ flejjes li ghandhom jidhlu, kif ukoll f’dewmien fil-hrug ta’ ircevuti. |
Trasport
Mhux qed ikun hemm osservanza tar-regolamenti f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ dokumentazzjoni ghal tqassim ta’ “fuel” lill-vetturi tal-Gvern. Nuqqas ta’ kontroll fuq l-uzu ta’ dawn il-vetturi kif ukoll il-“log books” taghhom mhux qed jigu ccekkjati darba fix-xahar kif suppost.
Inventarji
Nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti f’dak li ghandu x’jaqsmu l-provvedimenti ghall-inventarji kif spjegat f’MF Circular 14/99 u ittra datata 17 ta’ Lulju 2000 mill-Ministeru tal-Finanzi. Dan kollu jaffettwa l-“Accrual based Accounting System” f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ valutazzjoni ta’ assi.
Stores
| Inventarji | annwali, kif mitluba, mhux dejjem qed isiru. Kif ukoll certu rapporti mitluba minn xi “stores” mhux dejjem ikunu pprezentati. Dan kollu jikkaguna diffikultajiet kbar biex wiehed jidentifika oggetti li ftit jimxu, oggetti li qed jiddeterjoraw kif ukoll ohrajn li ma ghadx ghandhom uzu. Anke diskrepanzi li jinqalghu matul is-sena, b’dan il-mod, mhux possibli jigu ttrattati malajr. |
| “Audit | trails” ta’ hrug ta’ oggetti minn xi “stores” mhux dejjem ikunu sufficjenti. Bilanci rekordjati kif ukoll l-ammonti propja ta’ l-istess oggetti kif jinsabu fl-istores mhux dejjem ikunu jaqblu. Oggetti ohra, f’certu kazijiet, misjuba wkoll li kienu kkowdjati hazin. |
Flus fl-idejn u fil-bank
| In-nuqqas ta’ kontroll fuq il-flus fl-idejn kif ukoll fuq | il-bilanci fil-bank minhabba kotba ta’ ircevuti neqsin u l-ikkancellar ta’ ircevuti ma kinitx xi haga li giet innotata daqshekk regolari. Madankollu jinhtieg li din tinghata aktar importanza. F’certu kazijiet instab li mhux dejjem qed isir rikoncillar mal-bilanci fil-banek. |
| Rapport dwar il-Hidma u l-Attivitajiet | ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika 2003 |
| Minn din is-sena l-Awditur General iddecieda ukoll li jibda johrog | rapport separat dwar il-hidma u l-attivitajiet ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika. Dan ir-rapport jispjega fid-dettal x’inhu r-rwol ta’ dan l-Ufficcju kif ukoll it-tip ta’ xoghol li jitwettaq. Jaghti ukoll deskrizzjoni ta’ l-awditjar finanzjarju tal-Fondi Pubblici kif ukoll tal-“Performance Audit”. Isir ukoll awditjar ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, kif ukoll dak tal-gvernijiet lokali. Dan l-ufficcju ukoll huwa responsabbli ghall-ezercizzji specjali ta’ awditjar kif ukoll investigazzjonijiet u dan skond il-legislazzjoni ta’ awditjar statali. |
| F’dan | ir-rapport wiehed isib ukoll spjegazzjoni tar-relazzjoni li dan l-Ufficcju ghandu mal-Parlament, b’mod specjali mal-Kumitat tal-Fondi Pubblici kif ukoll mal-Kumitat tal-Kontijiet ta’ l-istess Ufficcju. |
| Taqsima | ohra f’dan ir-rapport tittratta r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika mal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, kif ukoll ma’ istituzzjonijiet ohra tal-verifika statali ta’ pajjizi ohra, b’mod partikulari dawk tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk ta’ pajjizi li waslu biex jissiehbu. |
| Dan ir-rapport jipprovdi ukoll deskrizzjoni ta’ l-izvilupp li sar | f’dak li ghandu x’jaqsam mar-reklutagg ta’ staff kwalifikat, attivitajiet ta’ tahrig kemm lokali kif ukoll barra minn Malta, u jittratta wkoll l-bzonn ta’ konsulenti biex jassistu lil dan l-ufficcju waqt xi awditjar specifiku kif ukoll f’materji legali. |
| Il-progress | u l-istrategija f’dak li ghandu x’jaqsam mat-teknologija moderna u informazzjoni ukoll huwa trattat f’dan ir-rapport. B’mod specjali jinghata taghrif dwar il-Website, l-Intranet u l-introduzzjoni ta’ “data security policy” ta’ dan l-Ufficcju. |
| L-Ufficcju | Nazzjonali tal-Verifika se jkompli jkabbar u jizviluppa x-xoghol tieghu matul is-sena li gejja u dan permezz ta’ zieda fl-istrategiji fir-rizorsi umani tieghu, fl-awditjar u fl-informazzjoni teknologika. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en