Left arrow Mur Lura

WIRJA BIEX TFAKKAR IL-MITT SENA TA’ KULTURA KURATORJALI F’MALTA

pr1548
Date Icon 16/12/2003
Il-Ministrugħaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett nhar it-Tnejn inawgura l-wirja “100 Years of Heritage” li qed tittella’ minn Heritage Malta, fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Il-wirjahija intiża biex tfakkar il-mitt sena mill-ftuħ tal-ewwel mużew f’Malta.
F’kelmtejnqabel l-inawgurazzjoni, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura qal li l-ħarsien tal-wirt kulturali huwa mportanti għal kulħadd proprju għax il-poplu Malti kollu huwa werriet tal-wirt kulturali li ħallew warajhom missirijietna.
“Mittsena m’humiex ftit. Il-fatt li mitt sena ilu diġa kienet teżisti sensibbilita’ għall-wirt kulturali ta’ pajjiżna jgħid ħafna dwar il-poplu tagħna,” żied jgħid il-Ministru.

L-Onor. Mugliett qal li sar żvilupp kostanti f’dan il-qasam, iżda sfortunatament pajjiżna għadda minn żmien meta ma baqgħetx tingħata l-importanza meħtiega lill-kultura kuratorjali. Hu kompla jgħid li llum qed nerġgħu inrawwmu din il-kultura.  

“Pajjiżnallum għandu l-għodda biex jibża għall-wirt kulturali tiegħu. Waqqafna l-istituzzjonijiet li hemm bżonn, għaddejna liġi ġdida mill-parlament u għandna nies imħarrġa aħjar għal dan l-għan. Hawn ħafna elementi pożittivi f’dan il-kuntest imma fuq kollox hawn stennija biex dan is-settur jagħmel qabża fil-kwalita. Wasal iż-żmien biex din ir-rieda tajba naqilbuha f’titjib konkret,” kompla jgħid il-Perit Mugliett.
Il-Ministrugħaż-Żgħażagħ u Kultura temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu matul iż-żmien fil-wirt kulturali ta’ Malta biex wasalna fejn ninsabu llum.
Il-wirja“100 Years of Heritage” issegwi l-iżvilupp tal-mużewijiet  u l-kultura kuratorjali f’Malta mix-xogħol ta’ Giovanni Francesco Abela fis-seklu sbatax sal-lum, fosthom anke l-ftuħ tal-ewwel mużew f’Malta fl-1903.
Il-wirjaqed tittella fis-Salon tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt; u ser tibqa miftuħa sal-31 ta’ Marzu 2004. Il-pubbliku jista’ jżurha fil-ħinijiet ta’ fluħ tal-mużew kuljum, minbarra l-festi pubbliċi, bejn it-8.30 ta’ filgħodu u l-4.30 ta’ wara nofsinhar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow